Finali bejn Pavi Depiro u A to Z Electronics Athleta

Monday, November 5, 2012, 9:09

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

 

 

Pavi Depiro 87
Floriana Francesco Fenech 76

(17-13)(20-22)­(30-20)(20-21)

 

Siġġiewi vs Athleta

Siġġiewi vs Athleta

F’waħda mill-isbaħ partiti tal-istaġun Pavi Depiro għelbu lil Floriana Francesco Fenech 87-76 biex għaddew għall-finali tas-Saint James Hospital Shield. Iż-żewġ timijiet kellhom prestazzjoni tajba fl-attakk u għalkemm it-tnejn kellhom ammont għoli ta’ turnovers, xorta kien hemm punteġġ għoli fuq iż-żewġ naħat. Depiro kellhom nieqes lil Jean Paul Schembri pero kellhom għall-ewwel darba lil Kenez Kun mill-Ungerija. Waqt il-partita tilfu wkoll lil Nigel Sultana. Għal Floriana għadu nieqes Dirk Schembri u kienu wkoll mingħajr Mark Ciantar u Gabor Szokreny. Għalijhom għamel id-debutt il-Malti Awstraljan Bevan Scott Camilleri. Kienu Floriana li ħadu l-ewwel vantaġġ 11-6 wara punti minn Chris Sammut u Phillip Thomas. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn trippla ta’ Andrew Aquilina flimkien mal-Amerikan Shawn Morgan biex marru 13-11 minn fuq. Huma żammew il-vantaġġ sa’ tmiem is-sessjoni 17-10 wara freethrows ta’David Agius. Fit-tieni sessjoni kien hemm it-trippli tal-captain Furjaniż Ian Mercieca pero’ Depiro kienu għadhom 23-20 minn fuq. Floriana resqu iktar viċin wara run ta’ 9-2 pero trippla minn Roderick Vella waqqfitilhom din ir-run. Fl-aħħar sekondi kien David Camilleri li għamel trippla għal Floriana biex poġġijhom minn fuq 35-34 pero’ fl-aħħar pussess Vella reġa’ għamel trippla biex Depiro daħlu jistrieħu basket minn fuq 37-35.

Depiro fetħu t-tielet sessjoni b’run sabiħa ta’ 14-2 fosthom trippla oħra ta’ Aquilina. Paul Ferrante għajat time out u Floriana għamlu 5 punti mingħajr risposta pero’ Depiro kienu għadhom 9 minn fuq 51-42. Wara li kien hemm baskets fuq kull naħa, Agius reġa’ għamel żewġ baskets konsekuttivi f’run oħra ta’ 9-2 minn Depiro li temmew is-sessjoni 67-55 minn fuq. Ta’ min isemmi li f’din is-sessjoni kien hemm xejn anqas minn 50 punt – 30 għal Depiro u 20 għal Floriana. L-aħħar perjodu beda bid-Depiro jkomplu jżidu l-vantaġġ b’iktar punti minn Morgan u trippla oħra ta’ Aquilina. Thomas kompla jwieġeb għal Floriana li reġgħu waslu 10 punti minn taħt 72-82. Hawn kien il-mument fejn il-Furjaniżi kienu għaddejin bl-aħħar sforzi tagħhom pero’ dlonk waslet ir-raba’ trippla minn Aquilina li temmilhom kull tama u Depiro rebħu l-partita 87-76.

 

Pavi Depiro: R. Vella 8, N. Sultana, K. Kun, A. Aquilina 13, A. Portelli 2, D. Agius 10, A. Micallef 8, E. Lupo, M. Mallia 6, I. Tanti 8, S. Morgan 32.

Floriana Francesco Fenech: B. Scott Camilleri 9, D. Camilleri 11, C. Sammut 16, I. Mercieca 7, S. Sammut, C. Calleja, P. Thomas 29, S. Saakian 4.

Referees: Alfred Carbonaro, Steve Gouder, Emanuel Mangani

 

Siġġiewi 50
A to Z Electronics Athleta 62

(14-11)(14-15)(7-11)(15-25)

 

Ic-champions u holders tas-Shield A to Z Electronics Athleta għelbu lil Siġġiewi 62-50 fit-tieni semifinali u għal darb’oħra se jilgħabu fil-finali. Għal Siġġiewi ddebuttaw Lee Ross u Andras Fekete, l-Ungeriż li sal-istaġun li għadda kien jilgħab mal-istess Athleta. Dawn tal-aħħar kellhom nieqes lil Michael Naudi pero’ rritorna Addison Bonnici. Athleta kellhom logħba posittiva speċjalment fid-difiża fil-waqt li Siġġiewi f’xi waqtiet bdew jeżeġeraw fil-logħob individwali u shots magħġġlin. Il-partita fetħet b’żewġ baskets fuq kull naħa qabel ma Siġġiewi għamlu run ta’ 8-0. Marco Todorovic wieġeb għal Athleta flimkien ma Omar Said. Fuq in-naħa l-oħra Chris Meier falla 4 freethrows konsekuttivi pero’ Siġġiewi temmew il-perjodu 14-11 minn fuq. It-tieni sessjoni fetħet bi trippla ta’ Peter Shoults u basket ta’ Ross , Fis-sitt minuta, Siġġiewi kienu 23-16 minn fuq pero’ Athleta għamlu break ta’ 6-0 u naqqsu d-distakk għal punt 22-23. Meier wieġeb bi trippla għal Siġġiewi flimkien ma’ basket ta’ Shoults pero’ l-aħħar punti ġew minn Athleta permezz ta’ David Bugeja u Addison Bonnici u fl-intervall basket kien jifred liż-żewġ timijiet 28-26.

Fit-tielet sessjoni l-punti naqsu speċjalment minn Siġġiewi li sabu diffikulta jinfdu d-difiża avversarja. Athleta bdew bi break ta’ 6-0 bi trippla ta’ Said. Wara li Ross u Matijevic wieġbu għal Siġġiewi għal parita ta’ 32-32, Bonnici u Said bi trippla reġgħu taw il-vantaġġ lil Athleta. L-aħħar punti ġew minn Ross biex Athleta kienu fuq quddiem 37-35. Eżatt fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Said għamel it-tielet trippla tiegħu pero’ Meier reġa’ wieġeb għal Siġġiewi. Steve Schembri kien l-aktar player attiv għal Athleta f’dawn il-ħinijiet biex fit-tmien minuta huma kienu 8 minn fuq 51-43. Matijevic għamel trippla għal Siġġiewi pero’ falla 4 freethrows minn sitta biex fl-aħħar minuta Athleta serrħu rashom mir-riżultat wara punti minn Bonnici u Bugeja biex rebħu l-partita 62-50.

 

Siġġiewi: R. Agius, L. Ross 11, L. Camilleri, P. Shoults 6, E. Xuereb, A. Borg 2, C. Meier 15, A. Fekete, M. Matijevic 16.

A to Z Electronics Athleta: D. Bugeja 8, M. Todorovic 15,  M. Giusti, Z. Borg, O. Said 12, S. Pace, A. Bonnici 8, K. Baldacchino 2, S. Schembri 17

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Gordon Barbara

 





3 Comments

  1. Guze says:

    Vera li it tifel ta Dun Ross gie mkecca ghax falla id ‘doping test’ ?

    [Reply]

  2. Red & Yellow says:

    Lee cost a lot of money and a lot of losses. Get rid of him…..

    [Reply]

  3. karmnu says:

    Wirja tajba minn athleta anke bla michael li qed jinghad li mhux se jilghab iktar…vera? L-ghazla ta’ lee ross ghal siggiewi ma nafx kemm taghmel sens il-hin kollhu jilghab ghar-rasu biex l-ohrajn jibdew jithajjru minnu. u louis fuq il-bank miskin.

    [Reply]

Leave a comment