Finali bejn Honey Athleta u Caffè Moak Luxol għat-tieni sena konsekuttiva

Monday, March 30, 2015, 18:44

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Honey Athleta 70

Pavi Depiro 59

(18-15)(9-8)(15-15)(28-21)

Honey Athleta kwalifikaw għalfinali tal-kampjonat

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

St. James Hospital għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif huma rebħu t-tieni semi-finali tal-play-offs tagħhom kontra Pavi Depiro 70-59. Kif ġara fl-ewwel logħba, Athleta ħadu vantaġġ żgħir kmieni fil-logħba u minkejja l-isforzi tagħhom, Depiro ma rnexxielhomx jirkupraw minkejja li fit-tielet sessjoni ħadu l-vantaġġ. Amelia Simmons kellha prestazzjoni oħra kbira fejn spiċċat il-logħba b’36 punt u 11-il rebound. Athleta fetħu l-logħba bi b’żewġ baskets minn Emma Moore flimkien ma’ Simmons. Depiro wieġbu b’punti minn Sam Brincat inkluż trippla u Sierra Evans biex marru minn fuq fis-sitt minuta 11-10. Athleta wieġbu b’run ta’ 8-2 kollha minn Simmons li tathom vantaġġ ta’ 3 punti fi tmiem l-ewwel sessjoni 18-15. Depiro bdew it-tieni taqsima bi trippla ta’ Maria Bonett u reġgħu marru minn fuq 18-15. Athleta kellhom break ieħor ta’ 7-0 run b’żewġ baskets minn Simmons u trippla ta’ Antoinette Borg. Sa’ tmiem is-sessjoni kien hemm biss basket fuq kull naħa u Athleta marru għall-intervall 27-23 fuq quddiem.

Fit-tielet perjodu, Brincat fetħet bi trippla oħra għal Depiro qabel ma Athleta għamlu run oħra ta’ 8-2. Depiro kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-logħba permezz ta’ run ta’ 10-0 inkluż trippli minn Brincat u Evans biex ħadu l-vantaġġ għal darb’oħra 38-35. Madankollu, fl-aħħar żewġ minuti, Athleta għamlu seba’ punti oħra minn Simmons u Denise Said Hollier għal skor ta’ 42-38. Athleta fetħu qawwi fl-aħħar sessjoni kif kellhom trippla oħra minn Borg fi break ta’ 11-2 u fit-tielet minuta kienu 53-40 fuq quddiem. Huma żiedu l-vantaġġ tagħhom hekk kif Depiro bdew isibuha diffiċli li jagħmlu l-punti 56-42. F’daqqa waħda però Depiro rkupraw u għamlu run ta’ 10-1 u naqqsu l-iżvantaġġ għal sitt punti. Madankollu, fl-aħħar ftit minuti Athleta komplew jiskorjaw speċjalment free-throws u huma rebħu l-logħba 70-59.

Honey Athleta: E. Moore 8, L. Pirotta, S. Vella, L. Sciberras 9, A. Borg 8, D. Said Hollier 8, A. Simmons 36, R. Sciberras, S.J. Barbara 1, C. Mifsud.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 2, M. Balzaraviute, S. Brincat 20, M. Bonett 6, N. Agius 5, M. Mifsud 1, M. Scicluna, S. Evans 23, P. Montanaro, S. Micallef 2, C. Ciantar.

Referees: Gordon Barbara, Brian Sly.

Hibs Medsea 56

Caffè Moak Luxol 62

(11-6)(22-17)(11-15)(12-24)

Fit-tieni semi-finali, rimonta stupenda mic-Champions

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Caffe Moak Luxol assigurathom mit-tieni rebħa tagħhom kontra Hibs Medsea 62-56. Huma issa jingħaqdu mal-Athleta f’ripetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda. Hibs sofrew reazzjoni qawwija minn Luxol speċjalment fil-bidu tar-raba’ sessjoni. Hibs kellhom l-aħjar bidu hekk kif kellhom żewġ three pointers minn Ema Micallef u Elena Cassar. Huma kellhom ukoll punti minn Jovana Karakesevic b’Sarah Pace, Steffi De Martino u Laekitha Alston għamlu l-punti ta’ Luxol. Hibs għalqu l-ewwel sessjoni fuq quddiem 11-6 u fetħu t-tieni waħda b’sitt punti oħra nkluż trippla ta’ Christina Grima. Luxol kienu konfużi biex Hibs bdew iżidu l-vantaġġ tagħhom gradwalment għal 16-il punt 28-12 wara trippla oħra minn Cassar. De Martino bdiet ir-rimonta ta’ Luxol flimkien ma Alston hekk kif huma kellhom break ta’ 10-0. Micallef wieġbet bi trippla għal Hibs flimkien ma’ basket ieħor minn Karakesevic u fl-intervall Hibs kienu għadhom 10 minn fuq 33-23.

Fit-tielet perjodu, Luxol dehru li ħadu l-kontroll tal-logħba kif huma kellhom run ta’ 14-3 inkluż trippla minn De Martino u ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba wara basket minn Sarah Pace. Hibs wieġbu b’żewġ trippli minn Grima u Cassar u huma għalqu s-sessjoni fuq quddiem 44-38. Fl-aħħar sessjoni Hibs kienu għadhom sitt punti  minn fuq 46-40 fir-raba’ minuta. Luxol hawn kellhom run oħra ta’ 12-2 bi three pointers minn Pace u Beverlee Zammit u fit-tmien minuta fetħu erba’ punti vantaġġ 52-48. Hibs kellhom il-free throws ta’ Grima biex għamlu l-iskor indaqs għal darb’oħra 53-53 iżda Alston wieġbet għal Luxol. Fl-aħħar minuta Luxol kellhom sitt punti oħra kollha mill-free-throw line biex jiżguraw ir-rebħa tagħhom u post fil-finali.

Hibs: E. Micallef 10, E. Cassar 15, S. Gambino 2, I. Agius, J. Xuereb, C. Schiavone, C. Grima 16, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud, J. Karakesevic 13, N. Farrugia, J. Scerri.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 9, B. Zammit 3, M. Caruana, I. Baena, S. Tabone, S. De Martino 20, O. Visser, J. Borg Cardona 2, P. Ellul 2, L. Alston 24, M. Darmanin 2, C. Curmi.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Programm tal-finali:

12-04-2015 – 13:00 – Honey Athleta  vs Caffè Moak Luxol

16-04-2015 – 19:30 – Caffè Moak Luxol vs Honey Athleta

19-04-2015 – 14:45 – Honey Athleta  vs Caffè Moak Luxol

26-04-2015 – 14:45 – Caffè Moak Luxol vs Honey Athleta

01-05-2015 – 14:45 – Honey Athleta  vs Caffè Moak Luxol





Leave a comment