Finali bejn Hibs u Phoenix

Tuesday, January 28, 2014, 17:24

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Lightning Mondays 18

Hibs 91

(2-27)(2-19)(2-21)(12-24)

Hibs ma kellhomx diffikulta li jaslu sal-finali tal-BOV Knock out meta għelbu lil Lightning Mondays 91-18. B’hekk Hibs fl-ewwel staġun tagħhom fit-tieni diviżjoni wara diversi snin waslu sa finali ta’ kompetizzjoni ewlenija. Hibs bdew mil-ewwel bi 23 punt mingħajr risposta bi three pointers ta’ Simon Attard u Svens Niedritis b’dan tal-aħħar jagħmel 10 tul il-partita kollha. Wara li Hibs rebħu l-ewwel taqsima 27-2, huma komplew it-tieni sessjoni b’run oħra ta’ 16-0 b’punti minn Kurt Sultana, Kieron Caruana u Matthew Formosa. Daniel Zammit għamel l-uniku basket ta’ Lightning Mondays però Niedritis kompla bit-trippli tiegħhu u fil-half-time kienu 46-4 minn fuq.

It-tielet taqsima wkoll kienet dominata minn Hibs u kellhom run ta’ 12-0 b’aktar punti ta’ Caruana flimkien ma’ Chris Bugeja. Wara basket ta’ Jurgen Agius għal Lightning Mondays, Hibs komplew b’run ta’ 9-0 għal skor ta’ 67-6. L-aħħar taqsima kienet aktar bilanċjata għalkemm Niedritis kompla għaddej bit-three pointers tiegħhu. Lightning Mondays kellhom il-punti ta’ Matthew Caruana biex Hibs baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 91-18.

Lightning Mondays: T. Womack 2, M. Caruana 6, D. Godwani 2, D. Zammit 3, M. Cassar, J. Agius 2, A. Hatherly 2.

Hibs: M. Formosa 14, M. Ciantar 2, L. Farrugia 4, S. Atttard 3, G. Agius 6, K. Caruana 10, C. Bugeja 8, K. Sultana 9, R. Carabott 3, R. Cortis 2, S. Niedritis 30.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

Phoenix The Chef Bistro 61

SN Suns 51

(17-11)(16-11)(18-9)(10-20)

Phoenix The Chef Bistro se jkunu l-avversarji ta’ Hibs fil-finali tal-BOV Knock out wara li għelbu lil SN Suns 61-51. Din kienet it-tieni rebħa ta’ Phoenix fi spazju ta’ ġimgħa fuq SN Suns u l-ħames rebħa mill-aħħar sitt partiti li lagħbu. Minn naħa l-oħra Suns donnhom tilfu r-ritmu tal-ewwel xhur fejn tilfu tlieta mill-aħħar erba’ partiti li lagħbu. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat fejn Suns kellhom punti minn players differenti fil-waqt lil għal Phoenix kien hemm il-bidu tajjeb ta’ Goran Mitrovic. Phoenix komplew bi break ta’ 7-0 bi trippla ta’ Antoine Costa u minkejja li Suns kellhom ukoll trippla minn Stefan Vella u Phoenix kellhom vantaġġ ta’ sitt punti 17-11. Phoenix bdew it-tieni perjodu b’sitt punti mingħajr risposta b’baskets minn Jonathan Ransley biex kabbru l-vantaġġ għal 12 –il punt 23-11. Suns kellhom it-trippli ta’ Michael Barberi u Vella però Phoenix kellhom run oħra ta’ 10-3. Suns għamlu l-aħħar żewġ baskets tat-taqsima minn Keith Scicluna u Alex Bianchi u fl-intervall Phoenix kienu 33-22 minn fuq.

Wara l-mistrieħ Phoenix komplew jiddominaw bi break ta’ 12-3 b’aktar punti ta’ Mitrovic u Ransley. Huma kellhom ukoll trippla ta’ Darren Debattista biex fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 51-31. Fl-aħħar sessjoni Suns tħabtu biex jerġgħu jidħlu fil-partita tant li kellhom run ta’ 16-2 bil-punti ta’ Bianchi u Vella bi trippla u fis-seba’ minuta naqqsu d-distakk għal 10 punti 47-57. Phoenix kellhom żewġ baskets oħra biex reġgħu kabbru l-vantaġġ u żammewh sat-tmiem biex rebħu l-partita 61-51.

Phoenix The Chef Bistro: M. Quartieri, L. Azzopardi 2, G. Micallef, R. Jimenez, D. Debattista 4, R. Curmi, C. Camenzuli, G. Mitrovic 30, C. Briffa 2, A. Costa 9, J. Ransley 14, A. Toompere.

SN Suns: A. Pace, S. Borg, K. Scicluna 9, L. Grech 4, H. Agius 5, M. Barberi 7, S. Vella 17, A. Bianchi 7, R. Camilleri 2.

Referees: Bernard Vassallo, Svezdan Dobrosaviljevic

 

KAMPJONAT BOV

Phoenix The Chef Bistro 65

Lightning Mondays 11

(18-0)(18-2)(12-2)(17-7)

Fl-uniku partita li saret mill-kampjonat Bank of Valletta, Phoenix għelbu lil Lightning Mondays 65-11 biex issa telgħu fl-ewwel post tal-klassifika b’logħba iktar minn Hibs. Phoenix kellhom nieqsa fost l-oħrajn lil Goran Mitrovic u Jonathan Ransley fil-waqt li Lightning Mondays kienu mingħajr Tim Womack u Luca Randazzo. L-ewwel sessjoni kienet kollha ta’ Phoenix meta huma rebħuha 18-0. Għalijhom kien hemm it-trippli ta’ Antoine Costa u Darren Debattista flimkien ma’ baskets minn Andres Toompere u Christian Briffa fost l-oħrajn. It-tieni perjodu fetaħ b’basket fuq kull naħa minn Toompere u Dinish Godwani għal Lightning Mondays. Minn hemm ‘l quddiem Phoenix għamlu 16 –il punt ieħor kważi kollha minn players differenti ħlief Briffa li kellhu sitt punti u fl-intervall huma kienu 36-2 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet xi ftit aktar kwieta u Phoenix bdewha b’żewġ baskets minn Briffa u Debattista b’Matthew Caruana jwieġeb għal Lightning Mondays. Phoenix komplew bi tmien punti oħra b’Costa jagħmel it-tieni trippla tiegħhu għal skor ta’ 48-4. Fl-aħħar perjodu Lightning Mondays, kellhom basket ieħor ta’ Caruana flimkien ma’ trippla ta’ Godwani. Phoenix kellhom run ta’ 11-0 mibdija bi trippla ta’ Costa u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 65-11.

 

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi 4, R. Jimenez 8, D. Debattista 5, R. Curmi 2, C. Camenzuli 2, C. Briffa 19, A. Costa 13, M. Fenech 2, A. Toompere 10.

Lightning Mondays: M. Caruana 6, D. Godwani 5, D. Zammit 3, D. Saliba, M. Slim,  A. Hatherly.

Referees: Stephen Micallef, Svezdan Dobrosaviljevic





Leave a comment