Finali bejn Hibernians u Gżira Athleta

Tuesday, February 11, 2020, 21:25

Tazza Louis Borg Irġiel

minn Colin Schembri

Depiro 107

Hibernians 107

Aggregate: 203-235

(35-29)(20-24)(28-24)(24-30)

Huma ftit ħafna l-okkażjonijiet meta partita tal-basketball tintemm f’parita.

Ritratt: Wally Galea

L-eċċezzjoniu lokali hija t-tazza Louis Borg li tintlagħab fuq żewġ legs allura jkun l-aggregate li jiddetermina r-riżultat finali. Din il-partita spiċċat fuq parita ta’ 107-107 biex Hibs għaddew għall-finali fuq skor ta’ 235-203 li wkoll hija xi ħaġa rari. Iż-żewġ timijiet kellhom l-istess formazzjoni ta’ ġurnata qabel. Depiro kienu aħjar mill-ewwel logħba fl-attakk fejn l-Amerikan Quin Cooper kellhu total ta’ 46 punt u kien hemm ukoll numru għoli ta’ trippli fuq iż-żewġ naħat. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn sa’ nofs l-ewwel sessjoni kellna parita ta’ 13-13. Hawn waslu seba’ punti konsekuttivi minn Cooper fosthom trippla biex Depiro marru 20-13 minn fuq però Hibs ukoll kellhom it-trippli tagħhom minn Nikola Vasovic u David Bugeja biex naqqsu d-distakk. Għal darbtejn huma waslu sa’ basket ‘l bogħod qabel ma’ Depiro għalqu s-sessjoni b’run ta’ 7-2 għal skor ta’ 35-29. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu xi ftit għalkemm Hibs ħadu l-vantaġġ wara trippli minn Kieron Caruana u Chandler Rowe. Iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u kien biss lejn it-tmiem li Depiro għamlu tlett baskets mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 55-53 minn fuq.

Wara l-intervall Hibs reġgħu ħadu vantaġġ t’erba’ punti hekk kif fetħu bil-baskets ta’ Vasovic, Jay Hardy u Anton Axiaq. Depiro kellhom risposta b’run ta’ 15-2 bi trippli minn Cooper u Cordarius Johnson hekk kif Hibs tilfu lil Rowe bit-tieni technical foul. Depiro għamlu żewġ trippli oħra minn Nicholas Grech u Cooper bil-Hibs jagħlqu t-taqsima b’baskets ta’ Ivan Demcesen u Axiaq għal skor ta’ 83-77. L-aħħar sessjoni reġgħat kienet aktar miftuħa għall-punti fejn Hibs kellhom run ta’ 10-2 u reġgħu naqqsu d-distakk għal basket 91-93. Depiro wieġbu b’punti konsekuttivi ta’ Kurt Xuereb u qabżu l-mitt punt bi trippla ta’ Cooper. Hibs ukoll laħqu l-mija b’basket ta’ Hardy u l-istess Amerikan flimkien ma’ Demcesen għamlu l-aħħar punti tagħhom biex ippareġjaw il-partita fuq skor finali ta’ 107-107.

Depiro: C. Johnson 15, Q. Cooper 46, J. Attard, D. Farrugia 2, N. Grech 12, K. Xuereb 14, M. Borg, M. Brincat 3, A. Chomo 12, A. Attard 3, T. Zammit.

 

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 7, K. Caruana 15, L. Farrugia 2, J. Hady 26, I. Bonnett, N. Vasovic 26, A. Axiaq 6, M. Matijevic, M. Attard, C. Rowe23, I. Demcesen 16.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Luke Camilleri

Mellieħa Libertas 70

 

Gżira Athleta 100

Aggregate: 146-205

(20-19)(16-24)(8-28)(26-29)

Se jkunu Gżira Athleta li se jikkotestaw il-finali kontra Raħal Ġdid hekk kif

Ritratt: Wally Galea

huma għelbu lil Mellieħa 100-70 fit-tieni leg u għaddew b’aggregate ta’ 205-146. Kollox ma’ kollox Mellieħa kellhom prestazzjonijiet posittivi kontra oppożizzjoni ferm aktar b’saħħitha bl-unika diżappunt għalijhom tkun it-tkeċċija ta’ Alex Perunicic li se jitlef il-logħba li jmisshom li se tkun semi-finali kruċjali tan-Knock Out kontra Fusion. Athleta kellhom l-istess formazzjoni tal-ewwel logħba fil-waqt li Mellieħa kellhom lura lil David Camilleri. Kienu Mellieħa li kellhom l-aħjar bidu u żammew il-pass mal-avversarji. Huma marru 10-3 minn fuq u wara risposta minn Ian Thiesen u Luca Stefanovic għall-Athelta, Mellieħa komplew iżommu l-vantaġġ bi trippla ta’ Klemen Skrabec. Athleta rrispondew bi trippla ta’ Peter Shoults flimkien ma’ Nathan Xuereb però Mellieħa temmew is-sessjoni fuq quddiem 20-19. Fit-tieni perjodu Mellieħa reġgħu fetħu tajjeb u trippli ta’ Perunicic u Nenad Stojanovski ħallewhom 26-23 minn fuq. Hawn Athleta għafsu l-gass u għamlu run ta’ 15-2 b’diversi punti minn Thiesen u Matthew Gouder biex marru 38-27 minn fuq. Mellieħa rkupraw xi ftit bi break ta’ 8-0 bi trippla ta’ Camilleri però Athleta daħlu jistrieħu 43-36 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet storja differenti hekk kif Athleta kellhom żewġ runs ta’ 16-0 u 13-0 bi Xuereb u Connell Crossland protagonisti. Bejniethom kien hemm basket ta’ Skrabec għal Mellieħa u break ta’ 6-3 lejn it-tmiem biex Athleta issa kienu 71-44 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni, kif ġara fl-ewwel partita ta’ bejniethom il-coach tal-Athleta ta spazju lil players ta’ fuq il-bank biex is-sessjoni kienet iktar bilanċjata. Waslet ukoll it-tkeċċija ta’ Perunicic għal protesti eċċessivi fejn kellhu kemm kellhu raġun ma kellhu qatt imur ras ma ras jipprotesta mar-referee. Athleta għaqqdu l-mitt punt bi trippla ta’ Xuereb li kien ukoll l-aħħar basket tal-partita li rat lil Athleta joħorġu rebbieħa 100-70.

Mellieħa Libertas: A. Schembri 2, R. Loporto 3, D. Camilleri 9, J. Vaz 5, A. Perunicic 5, C. Briffa 4, N. Stojanovski 10, K. Skarabec 23, C. Sultana 4, R. Costa 5.

Gżira Athleta: N. Buhagiar 3, C. Crossland 23, E. Sciberras, P. Shoults 3, L. Stefanovic 10, N. Xuereb 30, M. Gouder 6, I. Thiesen 16, E. Abela 2, R. Abela 4, S. Pace 3.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Sejmir Tafilika.





Leave a comment