- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Finali bejn Gżira Athleta u Hibs

Posted By sportinmalta1 On May 1, 2018 @ 1:38 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 66

Hibernians 79

(17-16)(20-18)(14-19)(15-26)

Hibs saru l-ewwel team li għaddew għal finali wara li kisbu

Ritratt: Wally Galea

t-tieni rebħa fuq ic-champions renjanti Bupa Luxol 79-66 . Iż-żewġ timijiet kienu viċin xulxin għal ħin twil però meta Luxol tilfu lil William Ahlberg b’injury it-tamiet tagħhom li jisfurzaw it-tielet partita bdew jonqsu hekk kif huma reġgħu kienu mingħajr Keith Dimech u Dirk Schembri. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ tal-partita meta bi three pointers ta’ Jean Paul Schembri u Nicola Vasovic marru 9-3 minn fuq. Hibs kellhom risposta bil-punti minn Alvaro Lizaur li kellhu wkoll trippla. Punti fuq kull naħa ħallew lil Luxol basket minn fuq iżda baskets ta’ Marco Matijevic u Roderick Vella taw l-ewwel vantaġġ lil Hibs. Qabel intemmet is-sessjoni, Vasovic però għamel trippla oħra biex Luxol temmew is-sessjoni fuq quddiem 17-16. Fit-tieni sessjoni iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin anke bit-three pointers minn Vella għal Hibs u CJ Cordina għal Luxol. Luxol għaddew biex għamlu run ta’ 11-1 bil-punti ta’ Kyle Meyer u trippla ta’ Schembri biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 37-34.

Wara l-intervall, Vella kompla bil-punti tiegħhu flimkien ma’ Lizaur u Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ.  Meyer wieġeb għal Luxol biex poġġijhom minn fuq iżda Hibs malajr dawwru r-riżultat bit-three pointers ta’ Lizaur u Simon Attard flimkien mat-Taljan Luca Tardito biex bdew l-aħħar taqsima basket minn fuq 53-51. Kien hawn li Hibs bdew jitbiegħdu mill-avversarji speċjalment wara l-injury ta’ Ahlberg u fetħu vantaġġ ta’ disa’ punti 64-55. Għal Luxol kien Andrew Micallef Trigona li kiseb il-punti però Hibs irrispondew kull darba speċjalment minn Vella u Chad Patus. Il-partita ntemmet bi three pointer fuq kull naħa minn Vasovic u Patus biex Hibs ħarġu rebbieħa 79-66 biex se jerġgħu jikkontestaw finali għal rebħ tal-kampjonat wara ħafna snin.

Bupa Luxol: CJ Cordina 7, N. Vasovic 14, J. Mellilo, JP Schembri 9, K. Dimech, W. Ahlberg 9, K. Meyer 15, A. Micallef Trigona 12.

 

Hibernians: R. Vella 17, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 4, S.Attard 3, I. Bonnett, L. Tardito 12, A. Axiaq 7, M. Matijevic 6, A. Lizaur 22, F. Mariani, C. Patus 8.

Referees: Emanuel Mangani, Tuomas Mantere, Zvezdan Dobrosaviljevic

Cynergi Depiro 82

Gżira Athleta 89

(18-26)(14-18)(24-21)(26-24)

L-avversarji tal-Hibs fil-finali għar-rebħ tal-kampjonat se jkunu Gżira Athleta fejn jekk għal Hibs se jkun ritorn wara ħafna snin mhux l-istess jista’ jingħad għall-Athleta li huma klijenti regolari għalkemm kienu neqsin fl-aħħar żewġ finali. Għal darb’oħra, Depiro kellhom wirja qalbiena fejn sa’ minuta u nofs mit-tmiem kienu għadhom 3 punti ‘l bogħod għalkemm fl-aħħar taqsima tilfu diversi players bil-ħames foul fosthom lil Dominic Scafidi u David Bugeja. Wara punti fuq kull naħa, Athleta għamlu run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Michael Naudi, Omar Said, Peter Shoults li kellhu wkoll trippla u l-Amerikan Jon Feiler. Depiro kellhom risosta minn Bugeja u Scafidi però Athleta kisbu tlett trippli oħra minn Shoults u Said għalkemm Depiro rnexxielhom jiksbu sitt punti qabel tmiem is-sessjoni għal skor ta’ 26-18. Fit-tieni taqsima, Athleta kabbru l-vantaġġ għal 11 –il punt bi trippla ta’ Ivan Mitrovic u l-punti ta’ Naudi. Depiro baqgħu jirrispondu hekk kif Scafidi għamel żewġ three pointers oħra però baskets minn Naudi u Feiler ħallew lil Athleta b’vantaġġ komdu sal-halftime 44-32.

Fit-tielet sessjoni, Depiro kellhom żewġ three pointers ta’ Kurt Xuereb u naqqsu l-iżvantaġġ għal 8 punti 44-52. Athleta rkupraw u trippli minn Shoults u Mitrovic flimkien mal-punti ta’ Feiler reġgħu tawhom vantaġġ ta’ 15 –il punt 65-50 però Depiro ma ċedex u għalqu l-perjodu b’sitt punti ta’ Bugeja għal skor ta’ 56-65. Fl-aħħar sessjoni Athleta kellhom run ta’ 8-0 li fiha spiċċa fouled out Scafidi. Dan però ma żammx lil Depiro li jerġgħu jersqu viċin hekk kif għamlu run ta’ 14-4 bi three pointers minn David Camilleri u Xuereb biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 76-79. Kien għad fadal 90 sekonda biex tintemm il-partita u Athleta rnexxielhom irażżnu l-attakki tal-avversarji u għamlu run finali ta’ 10-3 biex ħarġu rebbieħa 89-82.

Cynergi Depiro: E. Briffa, D. Bugeja 25, D. Camilleri 3, J. Attard, A. Aquilina 7, N. Grech, A. Attard, M. Mallia 5, K. Xuereb 18,M. Borg 3, D. Scafidi 21.

 

Gżira Athleta: M. Naudi 27, B. Zammit, P. Shoults 15, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici, O. Said 15, M. Gouder, N. Xuereb 2, S. Vincic, I. Mitrovic 10, J. Feiler 30.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/finali-bejn-gzira-athleta-u-hibs/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.