Finali bejn Gżira Athleta u Hibernians

Monday, April 15, 2019, 19:48

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites GIG 78

Gżira Athleta 88

(18-17)(19-19)(23-20)(18-32)

Gżira Athleta kisbu t-tieni rebħa fis-semifinali tal-play-offs biex għaddew għall-finali hekk kif reġgħu għelbu lil Starlites 88-78 wara partita kumbattuta li rat lil Starlites jibqgħu jisfurzaw sal-aħħar biex jidħlu fit-tielet partita. Athleta tilfu lil Julio Guity kmieni fit-tielet taqsima però pattew għal dan Conell Crossland u Vincent Pace li bejniethom qasmu 62 punt mit-88 finali. Kien hemm ukoll steals f’ħin kruċjali minn

Ritratt: Wally Galea

Peter Shoults fid-difiża agressiva tiegħhu. Minn naħa ta’ Starlites kien hemm 51 punt bejn William Darley u Jordan Stotts b’Cameron Ward ukoll jispiċċa fould out kmieni fir-raba’ sessjoni. Starlites fetħu tajjeb b’sensiela ta’ three pointers minn Stotts u Ward li rawhom imorru fuq quddiem 11-7. Għall-Athleta kien hemm risposta minn Guity li però kellhu jinbidel fid-disa’ minuta wara t-tielet foul. Starlites baqgħu minn fuq tul it-taqsima kollha li għalquha bi trippla ta’ Nick Formosa għal skor ta’ 18-17. Fl-ewwel ħinijiet tat-tieni sessjoni kienu Starlites li żiedu l-vantaġġ però Athleta wieġbu bil-punti ta’ Crossland u Matthew Gouder biex marru minn fuq. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin fejn Pace u Darley kellhom trippla kull wieħed biex Starlites baqgħu minn fuq. Athleta kellhom il-punti ta’ Nathan Xuereb li għalaq il-perjodu bi three pointer li niżżel id-distakk għal punt 37-36.

Wara l-intervall kien Pace li poġġa lill-Athleta minn fuq wara three pointer ieħor iżda Guity ikkometta l-ħames foul tiegħhu fit-tielet minuta u kellhu jħalli l-court. Madankollhu l-partita baqgħet missielta hekk kif għall- Athleta kien hemm il-punti ta’ Pae li kellhu trippla oħra flimkien ma’ Alex Perunicic u Xuereb. Starlites ukoll kellhom risposta b’żewġ baskets ta’ Alec Felice Pace u flimkien mat-trippli ta’ Darley u Stotts għal skor ta’ 60-56. Fl-aħħar sessjoni Starlites tilfu lil Ward bil-ħames foul wara żewġ minuti. Athleta approfittaw u għamlu run ta’ 10-2 minn Pace, Crossland u Gouder biex marru 74-67 minn fuq. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn Felice Pace u Formosa flimkien ma’ trippla ta’ Darley biex waslu sa’ sitt punti ‘l bogħod 74-80. Starlites bdew jagħmlu l-fouls biex iwaqqfu l-arloġġ iżda Pace ma żbaljax minn fuq il-free-throw line biex Athleta ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 88-78.

Starlites Gig: A. Felice Pace 7, N. Formosa 10, R. Bonnici 2, I. Felice Pace, C. Ward 8, M. Falzon, M. Scerri, R. Carabott, W. Darley 21,  J. Scotts 30.

 

Gżira Athleta: N. Vasovic 2, C. Crossland 25, P. Shoults, L. Stefanovic, A. Perunicic 2, N. Xuereb 12, M. Gouder 5, V. Pace 37, J. Guity 5.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Daniella Torok, Ivica Simic

Floriana MCP Car Parks 80

 

Hibernians 86

(22-20)(30-25)(12-10)(16-31)

Floriana MCP Car Parks għal ftit ma rnexxielhoms jagħtu telfa lil Hibernians fit-tieni semi-finali meta fl-aħħar taqsima kienu għadhom minn fuq iżda fl-aħħar minuti kkrollaw forsi ankè għal xi sostituzzjonijiet żbaljati primarjament tal-Ispanjol Ignacio Arias li kien qiegħed joħloq paniku fid-difiża tal-Hibs. Hibs kellhom jistennew sa’ tard biex jaċċertaw ruħhom mir-rebħa u kienu primarjament Roderick Vella u Alvaro Lizaur li mexxew ir-rimonta meta bejniethom għamlu 26 punt minn 31 ta’ Hibs. Kienu Floriana li ħadu l-ewwel vantaġġ fosthom bi trippla ta’ Kevin Liivamagi biex marru 9-2 minn fuq. Hibs wieġbu permezz tal-punti ta’ Chad Cuschieri Patus u t-trippli ta’ Lizaur iżda l-Amerikan ta’ Floriana Ian Thiesen beda jikseb il-punti għat-team Furjaniż biex ħallijhom fuq quddiem sa’ tmiem is-sessjoni 22-20. Fit-tieni perjodu Floriana reġgħu żiedu l-vantaġġ għal seba’ punti wara trippla ta’ Thiesen. Hibs ukoll wieġbu bit-three pointers, 2 minn Vella, 2 minn Luke Farrugia u ieħor ta’ Lizaur però Floriana xorta baqgħu minn fuq. Għalijhom kien hemm il-punti ta’ Arias li għamel żewġ three pointers flimkien ma’ Kieron Caruana u David Bugeja biex daħlu jistrieħu 52-45 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet nieqsa xi ftit mill-punti meta mqabblha mat-tnejn ta’ qabilha. Floriana kellhom break qasir ta’ 7-2 li rahom jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti 59-49 u sa’ tmiem it-taqsima kien hemm punti fuq kull naħa biex huma baqgħu fuq quddiem 64-55. Fl-aħħar perjodu, Lizaur u Vella mexxew ir-rimonta ta’ Hibs wara li żewġ baskets oħra ta’ Arias ħallew lil Floriana 8 minn fuq. Hibs għamlu run ta’ 12-3 bi trippli minn Lizaur u Luke Farrugia u rnexxielhom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ wara li kien ilhom minn taħt sa’ mill-ewwel sessjoni. Thiesen reġa’ poġġa lil Floriana minn fuq iżda hawn Hibs reġgħu għamlu run ta’ 10-2 bejn Vella, Lizaur u Marco Matijevic biex serrħu rashom mir-rebħa fuq skor ta’ 86-80. B’hekk għat-tieni staġun konsekuttiv se jkollna finali bejn Gżira Athelta u Hibernians.

Floriana MCP Car Parks: S. Pace, D. Bugeja 13, S. Borg, K. Caruana 6, K. Liivamangi 2, I. Arias 18, I. Thiesen 25, K. Xuereb 7, G. Hulsen 6, D. Agius.

 

Hibs: R. Vella 18, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 9, M. Formosa, M. Attard, L. Tardito 6, A. Axiaq 4, M. Matijevic 4, A. Lizaur 30, I. Demcesen 8, C. Cuschieri Patus 7.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Christine Xuereb





Leave a comment