Finali bejn Floriana Francesco Fenech u Bupa Luxol

Monday, December 19, 2011, 9:37

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT IRĠIEL

 Depiro Mtarfa 56

Floriana Francesco Fenech 57

(14-13)(12-14)(14-14)(16-16)

 

Athleta vs Luxol

Athleta vs Luxol

Floriana Francesco Fenech kitbu paġna ġdida fl-istorja tagħhom meta għall-ewwel darba waslu sal-finali tal-Bank of Valletta knock-out ta’ l-ewwel diviżjoni. Huma għelbu lil Depiro Mtarfa 56-57 f’partita kumbattuta. Depiro kienu mingħajr Abraham Portelli u Floriana rkupraw lil Ian Mercieca. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ bi trippli ta’ Roderick Vella u Adrian Micallef bl-Amerikan Bryant Williams iwieġeb għal Floriana. Basket ta’ Mercieca u free-throws ta’ Chris Sammut ressqu lil Floriana iktar viċin b’Depiro jtemmu l-perjodu punt minn fuq 14-13. Fit-tieni sessjoni Williams ta l-ewwel vantaġġ lil Floriana pero’ Depiro wieġbu bi trippla ta’ Andrew Aquilina f’run ta’ 7-0 u ħadu vantaġġ ta’ 5 punti. Fil-ħames minuta Vella weġġa’ jdejh u kellhu jħalli l-court u sal-mistrieħ Floriana ħadu l-vantaġġ 27-26 wara punti mill-aħwa Sammut.

Fit-tielet sessjoni kien Isaac Tanti flimkien ma’ Micallef li reġgħu taw vantaġġ lil Depiro pero Adrian Baldacchino u Sammut bi trippla reġgħu poġġew lil Floriana 4 minn fuq 38-34. Baskets ta’ Greg Hamlun ressqu lil Depiro viċin pero’ Floriana bdew l-aħħar sessjoni punt minn fuq 41-40. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġbu trippla ta’ Vella bi Chris u Steve Sammut iwieġbu mmedjatament. Il-vantaġġ Furjaniż tela’ għal 5 punti 50-45 u sal-aħħar tlett minuti kienu għadhom 4 minn fuq. Baldacchino għamel trippla biex kabbrilhom il-vantaġġ pero punti minn Hamlin raw lil Depiro jaslu basket –il bogħod fl-aħħar minuta u nofs. Floriana kkontrollaw u għalkemm fl-aħħar sitt sekondi Depiro kellhom il-ballun li seta tahom ir-rebħa, it-tentattivi ta’ Vella u Aquilina ma daħlux biex Floriana ħarġu rebbieħa 57-56.

 

Depiro: R. Vella 10, JP Schembri, A. Aquilina 3, A. Micallef 12, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 11, G. Hamlin 18.

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, N. Mercieca, C. Sammut 20, I. Mercieca 2, S. Sammut 7, C. Calleja, A. Baldacchino 9, B. Williams 18, A. Sultana 1, M. Ciantar.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani

 

A to Z Electronics Athleta 61

Bupa Luxol 65

(15-12)(13-21)(18-11)(15-21)

 

Il-mixja ta’ A to Z Electronics Athleta lejn ir-rebħ tal-unuri twaqqfet minn Bupa Luxol li fis-semifinali tal-Bank of Valletta Knock-out għelbuhom 65-61. Athleta kienu mingħajr Kristin Baldacchino pero’ rritorna Steve Schembri. Luxol kienu mingħajr Andrew Cremona. Athleta bdew bi three pointer ta’ Andras Fekete u wara basket ta’ Jeron Belin għal Luxol, Athleta għamlu break ta’ 6-0 għal skor ta’ 9-2. Luxol wieġbu b’żewġ baskets pero’ Athleta għamlu sitt punti ohra u marru 9 minn fuq 15-6. Luxol naqqsu d-distakk wara baskets ta’ Nikola Vasovic, Marco Mercieca u Lee Ross. Luxol ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba fl-ewwel minuti tat-tieni perjodu b’punti minn Belin u fir-raba’ minuta kienu 19-15 minn fuq. Wara li Athleta ppareġjaw 21-21, trippla ta’ David Bugeja poġġiethom għal darb’oħra minn fuq. Pero’ Belin wieġeb bi trippla fl-attakk ta’ wara b’Micheal Naudi jirrispondi għal Athleta. Fl-aħħar minuta, Luxol għamlu run ta’ 7-2 biex daħlu jistrieħu 33-28 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, Luxol żammew dan id-distakk fl-ewwel minuta pero mbagħad Athleta għamlu run ta’ 14 –il punt mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Omar Said biex fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 44-35. Luxol ma ċedewx u sat-tmiem is-sessjoni għamlu break ta’ 9-2 biex id-distakk kien biss ta’ żewġ punti 46-44 favur Athleta. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bi trippli ta’ Belin 50-47 fir-raba’ minuta. Naudi baqa jirrispondi għal Athleta u fis-seba’ minuta d-distakk bejn iż-żewġ timijiet naqas għal punt 51-52. Athleta marru għal darb’oħra minn fuq 54-53 wara punti ta’ Bugeja pero Luxol għamlu break ieħor ta 6-0 pero’ Steve Schembri għamel trippla għal Athleta biex fl-aħħar minuta, Luxol baqgħu punt minn fuq 60-59. Fl-aħħar sekondi, Luxol ikkontrollaw u free-throws ta’ Mercieca u Belin raw lil Luxol itemmu l-partita fil-vantaġġ biex iċċelebraw din ir-rebħa li wasslithom sal-finali tal-BOV knock out.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 19, D. Bugeja 7, A. Fekete 11, D. Schembri 8, M. Giusti, I. Buldakov, O. Said 7, A. Bonnici 4, S. Schembri 5.

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 9, J. Belin 32, , A. M. Trigona, L. Ross 11, A. Costa, N. Vasovic 6, T. Paris 2, E. C. Montaldo, JP Bonnici 7, S. Capello.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Luke Camilleri.

.





12 Comments

  1. karmnu says:

    Tajjeb mela truly bball lover qed jghidli get a life u miskin meta huwa jixba jmaqdar f’artikli ohra!! Anke il-5 euros tat-tfal ghall-CCF ra gholja u qed jghid lili get a life!! U for the game jghidlli embarraced to show my face…sa fejn naf jien hadd ma jismu ” for the game” so li qed jghid ghalija qed jghid ghalih ukoll…Issa, ha nispjega x’ridt infisser minghajr polemici u nuqqas ta rispett lejn l-Athleta…mela nafu li l-Athleta ilhom li ramaw super team biex jippruvaw jerbhu t-tazzi kollha…is-sena l-ohra ma rnexxielhomx ghal tnejn u din is-sena nqalaw minn ohra. Mela ir-record tat-tazzi kollha 5o n 5 jew six on six se jibqa ghand il-Luxol. Proset lil Athleta tat-tazzi li rebhu imma l-fatt hu li huma jixtiequ r-rekord tal-luxol imma ghal darb’ohra ma rnexxiex…dan bhal belt fil-football xtaqu jiksru r-rekord tal-Hibs bla telf u wkoll ma rnexxielhomx. Ma nafx ghalfejn qed taghmluha daqshekk bi kbira!! Ghal darba ohra happy christmas!!

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    now you talked decently….. meta nikumenta jien ma nkunx qed nizika in nies imma nkun qed nighdr l opinjoni tijaj…. !! jekk ghandek mara u 2 kids ta 29th ha tigik 20 euro my friend…taf? biex ingibu in nies lejn ta qali tibda bilmodt perswazzu ma nixtieqx at the same time li 29th ta qali ma jinteliex… nira nkun zbaljat !!

    [Reply]

    Colin Schembri Reply:

    Kont zbaljat hafna habib u bil-kbir ghax ma kienx hemm roqgha vojta ta qali l-bierah. Nawgura lil-qarrejja kollha ta’ dan is-sit specjalment il-pagni tal-basketball Sena Gdida mimlija risq u hena. Colin.

    [Reply]

  2. For the Game says:

    I have no idea who this Karmnu is but who ever he is has no idea of Sport. Good thing he does not show his name because if he does come to Ta Qali he should be embarassed to come and show his face. On the other hand, even though it is not really important Luxol Won 5 Cups in one season, which means if Athleta do win the league it will be five as well!!! Learn how to count

    [Reply]

    ex-luxol player Reply:

    Maybe you should see the number of finals Luxol went to in row in the 90s – 24 as far as i recall – not missing one final of any cup/ shield/ league – in this chain, we had also won all the trophies in one year which was five at the time

    [Reply]

  3. Truly Bball Lover says:

    Karmnu get a life…. !! Miskin int min int ….. !!!

    [Reply]

  4. FORZA BLUES says:

    Karmnu, I fail to understand your comments and I do not wish to fall in your trap of fuelling hate between clubs. I would like to take this opportunity to congratulate both teams – Floriana and Luxol – for reaching the Final and may the better team on the day win.

    [Reply]

    karmnu Reply:

    Of course not, I just wanted to say that Athleta’s dream of winning all cups vanished once again and so far this record belongs only to Luxol. This was even stated on one of the local newspapers. On the other hand I join you in congratulating both winning teams. Happy Christmas.

    [Reply]

  5. As a team we are very proud to be in the first Knock Out final in our long history. All we can hope for is to have a good game in the final against Luxol, and have as many Floriana supporters in Ta’Qali as possible.
    We in Floriana love our sports, and I am sure that even this time many Furjanizi will be there to support the team.

    [Reply]

  6. FORZA BLUES says:

    Athleta lost and not Luxol won. But at least the blues from Sliema (even though they played in white) showed all how graceful they are in defeat and Luxol shoudl also be congratulated for their celebrations without any insults. In basketball, one team MUST always win so it is about time all the other teams emulate such a fine gesture of sportsmanship/

    [Reply]

  7. karmnu says:

    tajba tal-athelta ghal sena ohra bye bye il-holma tat-tazzi kollha u se jibqghu il-luxol biss li rnexxielhom

    [Reply]

  8. louis mizzi says:

    Athleta were not interested to win this game. Joe Galea was to quite on the bench and on the other side John Tabone sat on the bench and gave space, fl ahhar to Ruben. The game was issa set from the start. Well done to Floriana for reaching the final. Pity we have to wait for 10 weeks +/- to see the final.

    [Reply]

Leave a comment