Finali bejn Falken Cynergi Virtus u Floriana Cafè Del Mar

Monday, April 4, 2016, 18:26

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL PLAY-OFFS

minn Colin Schembri

Se jkunu c-champions renjanti Falken Cynergi Virtus u Floriana Cafè Del Mar li se jikkontestaw ir-rebħ tal-kampjonat Bank of Valletta għal dan l-istaġun wara r-riżultati tat-tieni semifinali. Virtus u Floriana kienu superjuri għall-avversarji tagħhom. Dan ifisser li għall-ewwel darba wara erbatax –il staġun it-team tal-Athleta mhux se jkunu preżenti fil-finali tal-play-offs.

Gżira Athleta 77

Falken Cynergi Virtus 89

(21-28)(10-20)(22-21)(24-20)

Ic-champions Falken Cynergi Virtus kienu l-ewwel team li wasal sal-finali tal-kampjonat Bank of Valletta biex jiddefendu t-titlu li rebħu l-istaġun li għadda. Athleta kellhom staġun diffiċli b’injuries u nuqqas ta’ players importanti f’din il-fażi kruċjali tal-istaġun u kellhom anke sfortuna fil-players Amerikani hekk kif Lee Fisher ma ħalliex l-impatt mixtieq minnhu għalkemm kellhom is-sodisfazzjon tar-rebħ tan-Knockout. Il-kwalita ta’ Virtus kienet evidenti anke f’din il-partita fejn bil-veloċita tagħhom u l-mod kif dawwru l-ballun sakemm sabu shooter poġġew f’diffikulta lill-Athleta.  Athleta kellhom nieqsa lil żewġ elementi mportanti meta kienu mingħajr Roderick Vella u Michael Naudi li kien biss spettatur fuq il-bank. Virtus fetħu bit-three pointers minn Robert Bonnici u Peter Shoults bl-Athleta jwieġbu bil-punti ta’ Fisher u Matthew Gouder biex marru 11-8 minn fuq. Virtus irrispondew bi break ta’ 8-2 però Athleta kellhom run bl-istess skor biex reġgħu ħadu l-vantaġġ li però kien l-aħħar wieħed tagħhom fil-partita. Virtus għalqu l-perjodu bi break ta’ 10-0 bi trippla ta’ Jacob Formosa għal skor ta’ 28-21. Fit-tieni perjodu, Virtus kellhom run oħra ta’ 13-2 bit-trippli ta’ Formosa u Chris Santo biex fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt. Athleta kellhom il-punti ta’ Adrian Micallef u trippla ta’ Ivan Buldakov però Virtus għalqu l-perjodu bi trippla ta’ Bonnici għal skor ta’ 48-31.

Wara l-intervall Athleta kellhom il-punti ta’ Fisher biex naqqsu d-distakk u komplew bil-baskets ta’ Micallef u Gouder biex waslu sa’ 10 punti ‘l bogħod. Virtus wieġbu bit-trippli ta’ Shawn Pace u David Bugeja u komplew bi break ta’ 8-2 għal skor ta’ 69-53. Wara l-intervall Athleta għamlu l-aħħar sforz u kellhom break ta’ 13-0 bi trippla ta’ Billy Zammit u l-punti ta’ Fisher u naqqsu d-distakk għal sitt punti 66-72. Virtus kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Santo f’żewġ runs ta’ 7-2 biex reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa fuq skor ta’ 89-77.

Gżira Athleta: M. Naudi, M. Gouder 16, F. Mifsud Bonnici,  D. Wiersum, L. Stefanovic, I. Buldakov 3, B. Zammit 13, A. Micallef 11, N. Lubrano 5, S. Vincic, M. Gauchi Montaldo, L. Fisher 29.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 5, D. Bugeja 16, R. Bonnici 6, D. Camilleri, S. Bonnici, J. Formosa 12, A. Felice Pace, C. Santo 40, L. Sobers, F. Bartolo, P. Shoults 10, T. Grech.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Bupa Luxol 67

Floriana Cafè Del Mar 94

(14-17)(8-21)(18-30)(27-26)

Floriana Cafè Del Mar rebħu t-tieni semifinali tagħhom kontra Bupa Luxol 94-67 biex se jikkontestaw it-tieni finali tal-kampjonat fl-istorja tagħhom. Se tkun ukoll ir-raba’ finali tal-istaġun bejn Floriana u Virtus dan l-istaġun bl-unuri kollha jmorru favur it-team imexxi minn Paul Ferrante. Luxol kellhom l-isfortuna li jitilfu lill-Amerikan Colt Fason fl-aktar mument kruċjali tal-istaġun. Luxol bdew il-partita bi three pointers minn William Ahlberg u Jean Paul Schembri però Floriana wieġbu bi break ta’ 10-2 b’punti minn Sean Borg, Chad Patus u Lee Riss. Luxol ġabu l-iskor indaqs b’basket ta’ CJ Cordina qabel ma Floriana kellhom run oħra ta’ 7-2 bi trippla ta’ Patus għal skor ta’ 17-14. Fit-tieni perjodu Floriana bdew b’run oħra ta’ 8-0 bi trippla ta’ Nigel Sultana. Liuxol kellhom il-punti ta’ Cordina u JP Bonnici  però Floriana għamlu run ta’ 13-3 bi trippla ta’ Le Ross u daħlu jistrieħu 38-22 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Luxol fetħu b’ħames punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Bonnici però r-risposta ta’ Floriana kienet qawwija bi break ta’ 17-2 fejn kellhom diversi punti minn Sultana, Anton Axiaq u trippla ta’ Nick Andrejevic. Luxol kellhom il-punti minn Cordina però sensiela ta’ three pointers minn Floriana minn Vasovic, Ross u Andrejevic rawhom itemmu s-sessjoni 68-40 minn fuq. Fl-aħħar taqsima kien hemm run oħra ta’ 10-2 minn Floriana. Iż-żewġ coaches taw spazju lil players ta’ fuq il-bank u l-punti bdew ġejjin b’mod regolari fuq iż-żewġ naħat biex Floriana żammew il-vantaġġ u rebħu l-partita 94-67.

Bupa Luxol: CJ Cordina 22, M. Mercieca 2,J. Willoughby 12, S. Visser, J. Maistre Mellilo, J.P. Schembri 5, K. Dimech 3, T. Paris 4, JP Bonnici 7, W. Ahlberg 12.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 13, L. Ross 8, N. Sultana 13, S. Borg 12, A. Portelli, N. Vasovic 14, C. Calleja 10, A. Axiaq 10, A. Micallef Trigona 8, N. Andrejevic 6.

Referees:  Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

 

Programm tal-Finali*:

10-04-2015 – 16:30 – Falken Cynergi Virtus vs Floriana Cafè Del Mar

14-04-2015 – 20:00 – Floriana Cafè Del Mar vs Falken Cynergi Virtus

17-04-2015 – 16:30 – Falken Cynergi Virtus vs Floriana Cafè Del Mar

24-04-2015 – 16:30 – Floriana Cafè Del Mar vs Falken Cynergi Virtus

01-05-2015 – 16:30 – Falken Cynergi Virtus vs Floriana Cafè Del Mar

*Jista’ jkun hemm xi tibdil u wieħed għandu jirreferi għall-paġna ta’ Facebook tal-MBA – https://www.facebook.com/Malta-Basketball-Association-113448038760683/

 

Riżultati preċedenti:

 

Tazza tal-Indipendenza:  Falken Cynergi Virtus 48 Floriana Cafè Del Mar 45

Shield:  Falken Cynergi Virtus 76 Floriana Cafè Del Mar 68

Shield (Finali):  Falken Cynergi Virtus 71 Floriana Cafè Del Mar 62

Knock-out:  Falken Cynergi Virtus 76 Floriana Cafè Del Mar 69

Kampjonat (Rd 1):  Falken Cynergi Virtus 58 Floriana Cafè Del Mar 52

Louis Borg Cup (Final1):   Falken Cynergi Virtus 97 Floriana Cafè Del Mar 59

Louis Borg Cup (Final2):  Falken Cynergi Virtus 67 Floriana Cafè Del Mar 77

Kampjonat (Rd 2):  Falken Cynergi Virtus 66 Floriana Cafè Del Mar 87





Leave a comment