Finali bejn Depiro u Hibernians

Wednesday, December 19, 2018, 22:15

Tazza Louis Borg Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 62

Caffè Moak Luxol 72

(23-11)(11-21)(14-21)(14-19)

Caffè Moak Luxol irnexxielhom jerbħu t-tieni leg tas-semifinali tagħhom kontra

Ritratt: Wally Galea

Depiro però d-distakk kien kbir wisq biex idawwruh biex b’hekk Depiro għaddew għall-finali. Fl-ewwel ħinijet tal-partita, Depiro fetħu vantaġġ ta’ 10 punti  wara three pointers minn Gaby Mifsud, Steffi De Martino u Nicole Agius. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet minn Alexis Dillard però Depiro komplew b’run oħra ta’ 9-2 biex temmew l-ewwel taqsima 23-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, l-logħob kien aktar maqsum fuq iż-żewġ naħat bid-Depiro jkollhom il-punti ta’ De Martino li ħallewhom b’vantaġġ komdu sa’ nofs is-sessjoni 30-19. Three pointer ta’ Kay Portelli ressaq lil Luxol viċin u wara li Depiro reġgħu wieġbu b’baskets ta’ De Martino u Agius, Luxol għalqu s-sessjoni bi 8 punti mingħajr risposta minn Dillard u Portelli biex fl-intervall basket wieħed kien jifred liż-żewġ timijiet 34-32.

Fit-tielet taqsima, Luxol ħadu l-vantaġġ wara punti minn Sarah Pace u Chantelle Mifsud. De Martino poġġiet lil Depiro għall-aħħar darba fuq quddiem hekk kif Luxol kellhom run ta’ 10-0 għal skor ta’ 48-39. Il-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat bid-Depiro jnaqqsu d-distakk fuq skor ta’ 48-53. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Luxol reġgħu bdew b’run oħra ta’ 10-2 bi trippli ta’ Ina Baena u Pace biex fetħu vantaġġ ta’ 13 –il punt u waslu sa’ sitt punti ‘l bogħod bl-aggregate għalkemm tilfu lil coach Christoph Stolp wara t-tieni technical foul fuq protesti. Depiro rkupraw bil-punti ta’ De Martino u Ashley Gray u minkejja li Luxol kellhom tlett three pointers oħra minn Monique Caruana u Pace servewhom biss biex rebħu l-partita 72-62 hekk kid Depiro għaddew b’aggregate ta’ 145-136.

Depiro: No. Agius, G. Mifsud 5, Ni. Agius 15, C. Camilleri, D. Agius, S. De Martino 19, D. Said Hollier 4, M. Scicluna 3, N. Hili, C. Ciantar, A. Mifsud, A. Gray 16.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 17, M. Caruana 11, N. Vella, I. Baena 5,  K. Portelli 9, A. Borg, A. Dillard 24, L. Caruana Montaldo, C, Mifsud 6.

Referees: Tuomas Mantere, Christine Xuereb, Charles Pollet

Hibernians 54

Starlites GIG 56

(4-17)(19-15)(10-12)(21-12)

Starlites riedu rebħa b’iktar minn 11 –il punt biex jieħdu post fil-finali tat-tazza Louis Borg kif għamlu f’dawn l-aħħar żewġ staġuni però minkejja li għamlu l-iskor indaqs bl-aggregate sa’ tmiem it-tielet taqsima, Hibs rebħu l-aħħar perjodu 21-12 biex għaddew għall-finali b’aggregate ta’ 108-99. Għal Hibs irritorna l-coach Tony Camilleri fil-waqt li Starlites kienu mingħajr Stephanie Davies. Starlites ħarġu agressivi hekk kif bdew b’run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Jospehine Grima. Hibs waqqfuhom permezz ta’ basket minn Sam Brincat iżda l-punti ta’ Starlites komplew ġejjin minn Maria Bonett u Patricia Arguello biex huma ġabu lura d-distakk tal-ewwel logħba u saħansitra marru minn fuq hekk kif temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 17-4. Hibs irkupraw fit-tieni perjodu minkejja li Starlites baqgħu fuq quddiem. Ic-champions kellhom run tajba ta’ 12-2 fosthom trippli minn Brincat u Amelia Simmons u l-punti ta’ Sophie Abela u Leanne Duncan biex fl-intervall Starlites kienu fuq quddiem 32-23 bil-Hibs basket minn fuq bl-aggregate.

Fit-tielet taqsima kienu Starlites li reġgħu fetħu tajjeb b’sitt punti mingħajr risposta minn Michela Zammit Cordina u Kristy Galea. Hibs reġgħu irkupraw għal darb’oħra bi three poiners minn Brincat u Ema Micallef u basket ta’ Simmons naqqsilhom id-distakk għal 11 –il punt 33-44 u parita perfetta bl-aggregate. L-aħħar sessjoni kellha tiddeċiedi min se jasal fil-finali u kienu Hibs li bdew l-aħjar bil-punti ta’ Simmons u Abela. Wara trippla ta’ Arguello għal Starlites, Hibs għamlu break qasir iżda deċisiv ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Duncan u Starlites ma rnexxielhomx jerġgħu jirkupraw id-distakk anzi kienu Hibs li għalqu l-partita bil-freethrows ta’ Iona Agius u Simmons biex għaddew għall-finali minkejja li Starlites rebħu l-partita 56-54.

 

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 5, K. Calleja, S. Brincat 12, I. Agius 2, J. Abela, S. Abela 6, A. Simmons 16, N. Farrugia, H. Al Tumi, K. Caruana, L. Duncan 10.

Starlites: M. Zammit Cordina 4, K. Galea 5, A. Micallef 2, S. Farrugia, M. Bonett 11, H. Acreman, C. Curmi 2, J. Grima 11, P. Arguello 17, M. Cutajar 4, M. Riolo, F. Fabok.

Referees: Ivica Simic, Kamil Dworniczak, Charles Pollet





Leave a comment