Finali bejn Depiro u Caffè Moak Luxol

Monday, February 26, 2018, 20:53

St. James Hospital Knock-out Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 74

Hibernians 68

(22-16)(11-16)(21-18)(20-13)

Depiro saru l-ewwel finalisti tas-St. James Hospital Knock-out wara li eleminaw lil Hibernians b’rebħa ta’ 74-68. Hibs irnexxielhom jirkupraw minn bidu diffiċli u saħansitra marru minn fuq fit-tielet sessjoni però Depiro baqgħu kalmi u dawwru r-riżultat favurijhom u ma ħarsux lura. Id-diżappunt ta’ Hibs jikber jekk jiftakru fid-diversi okkażjonijiet faċli żbaljati speċjalment mill-Amerikana Rachel Kehoe u ta’ dan pattew qares. Depiro kellhom lil coach Marko Zloh nieqes u posthu ħadu Dominic Scafidi li żgur ħalla mpressjoni tajba hekk kif kiseb riżultat mill-aqwa. Huma kellhom l-aħjar bidu tal-partita b’sensiela ta’ punti minn Maria Bonett li kellha wkoll three pointer u poġġiethom 8-0 minn fuq. Ir-risposta ta’ Hibs waslet minn Sam Brincat u Kehoe però Depiro komplew bi 8 punti oħra mingħajr risposta bl-ewwel trippla ta’ Nicole Agius għal skor ta’ 16-5.  Depiro żiedu l-vantaġġ bil-punti tal-Amerikana Alexis Lloyd u għalkemm Hibs irrispondew permezz ta’ Silvia Gambino u trippla ta’ Brincat, Depiro kienu għadhom 4 minn fuq 22-16. Fit-tieni taqsima, Hibs ħarġu aħjar u u għamlu run ta’ 9-2  minn Gambino, Elena Cassar u Sophie Abela biex ħadu l-vantaġġ. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Justine Xuereb, Lloyd u Claire Ciantar u basket ta’ Steffi De Martino eżatt qabel intemmet is-sessjoni rahom jidħlu jistrieħu punt minn fuq 33-32.

Wara l-intervall, Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ wara trippla ta’ Gambino u l-punti minn Abela u Kehoe. Huma kienu ħamsa minn fuq 45-40 qabel ma Depiro kellhom run 14-2 bi tlett three pointers ta’ Agius u fetħu distakk ta’ erba’ punti mill-avversarji 54-50. Fl-aħħar sessjoni Hibs fetħu bit-three pointers minn Ema Micallef u Brincat. De Martino u Ciantar poġġew lil Depiro għal darb’oħra fuq quddiem u din id-darba ma ħallewx lil Hibs jerġgħhu joħdulhom il-vantaġġ hekk kif il-Pawlisti waslu għal darbtejn sa’ punt ‘l bogħod wara trippla ta’ Brincat u punti minn Abela. Depiro kisbu sitt punti oħra mingħajr risposta bi trippla ta’ De Martino u minkejja li Hibs ġew lura bi break ta’ 7-2 lejn it-tmiem, Depiro ma żbaljawx l-aħħar free-throws li kellhom biex ħadu r-rebħa 74-68.

Depiro: M. Scicluna, T. Mifsud, C. Camilleri, M. Bonnett 18, S. De Martino 13, N. Agius 14, N. Agius, A. Lloyd 17, J. Xuereb 6, C. Ciantar 6.

 

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar 4, S. Gambino 10, S. Brincat 19, I. Agius, J. Abela, S. Abela 16, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 10, M. Said, J. Scerri 6.

Referees: Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak, Igor Marjanovic

Starlites GIG 36

Caffè Moak Luxol 54

(5-10)(15-18)(6-12)(10-14)

Se jkunu c-champions Caffè Moak Luxol li fil-finali tal-31

Ritratt: Wally Galea

ta’ Marzu jaffrontaw lil Depiro fil-finali tan-Knock-out hekk kif huma għelbu lil Starlites GIG 54-36. Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li Luxol kienu mingħajr Martina Darmanin. Il-partita kellha bidu kwiet tant li sa’ nofs l-ewwel sessjoni Starlites kienu 5-2 minn fuq. Wara time-out ta’ Christoph Stolp, Luxol irkupraw u għamlu 8 punti mingħajr risposta b’żewġ trippli ta’ Kay Portelli u Sarah Pace biex temmew it-taqsima 10-5 minn fuq. L-affarijiet tjiebu xi ftit fit-tieni taqsima hekk kif iż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin biex Luxol żammew vantaġġ ta’ seba’ punti 20-13. Starlites kellhom punti konsekuttivi minn Adriana Lupo biex naqqsu d-distakk qabel ma Luxol komplew b’run oħra ta’ 8-0 bit-tieni trippla ta’ Portelli u fetħu vantaġġ b’figuri doppji 28-17. Fl-aħħar attakk tagħhom, Starlites irnexxielhom jagħmlu trippla minn Patricia Arguello biex Luxol daħlu jistrieħu 8 minn fuq 28-20.

Fit-tielet sessjoni l-punti reġgħu naqsu speċjalment Starlites li sabu diffikulta biex jaslu sal-basket. Luxol kellhom il-punti ta’ Christina Grima u l-Amerikana Maria Brown flimkien mat-three pointers ta’ Pace u l-istess Grima biex temmew il-perjodu minn fuq 40-26. Fl-aħħar taqsima c-champions għamlu run oħra ta’ 14-4 b’diversi punti ta’ Brown  u Grima biex temmew kulll tama ta’ Starlites li jaslu sal-finali. Arguello għamlet l-aħħar punti tal-partita però Luxol ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 54-36.

Starlites GIG: M. Zammit Cordina , K. Galea 6, J. Doughty 1, S. Farrugia 4, H. Acreman 2, D. Revol, M. Riolo, L. Pirotta 2, P. Arguello 12, M. Cutajar 1, S. Davies 2, A. Lupo 6.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, N. Vella, N. Vella, C. Grima 21, K. Portelli 9, L. Caruana Montaldo, M. Brown 13, C. Solllami, C. Curmi 2.

Referees: Bernard Vassallo, Ivica Simic, Zvezdan Dobrosaviljevic





Leave a comment