- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Finali bejn Depiro u Athleta

Posted By sportinmalta1 On May 10, 2018 @ 11:09 am In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Balkan Fusion 76

Depiro 88

(23-18)(24-26)(15-24)(14-20)

Depiro reġgħu għelbu lil Balkan Fusion biex ħadu l-ewwel post fil-finali tal-kampjonat. Depiro wrew karattru meta ġew lura minn distakk ta’ 14 –il punt u fil-waqt li l-Amerikan Jack Nygaard kellhu partita kwieta ħdejn is-soltu, pattew Adam Chomo u Kurt Xuereb b’wirja mill-aqwa fejn kisbu bejniethom 48 punt mit-88 li għamlu Depiro. Għal Balkani Bogdan Mrkojevic kellhu 5 three pointers però ma kienux biżżejjed biex isalvaw il-partita. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi three pointers fuq kull naħa biex Depiro ħadu vantaġġ ta’ basket 9-7. Balkan dawwru l-iskor b’run ta’ 8-2 u baqgħu fuq quddiem bil-punti ta’ Slavko Opojevlic, Bogdan Ilic u trippla ta’ Mrkojevic 23-18. Fit-tieni perjodu, Depiro naqqsu l-iżvantaġġ bil-punti ta’ Xuereb u trippla ta’ Andy Attard. Balkans però kellhom mument tajjeb b’run ta’ 12-2 bi trippli minn Alex Perunicic u Mrkojevic biex kellhom vantaġġ massimu ta’ 14 –il punt 43-29. Depiro ma tfixklux u reġgħu naqqsu sew id-distakk meta għamlu run ta’ 9-0 bil-punti ta’ Nygaard, Chomo u Xuereb għal skor ta’ 47-44.

Fit-tielet taqsima Depiro komplew fejn ħallew fejn Nygaard fetaħ bi tlett three pointers biex marru sitt punti minn fuq 55-49. Balkan reġgħu resqu viċin bil-punti ta’ Mrkojevic u Nenad Bukva qabel ma Depiro kellhom sitt punti oħra minn Matthew Borg, Chomo u Xuereb. Balkan kellhom il-punti konsekuttivi minn Perunicic u Opojevlic però trippla ta’ Nicholas Grech ħalliet lil Depiro sitta minn fuq 68-62. Fl-aħħar perjodu Depiro fetħu bi break ieħor ta’ 11-3 li għalquha bi trippla ta’ Chomo u fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 83-68. L-aħħar sforzi ta’ Balkans ġew minn Ilic u Mrkojevic iżda kienu għadhom ‘l bogħod biex Depiro ħarġu rebbieħa 88-76.

Balkan Fusion: N. Radicevic, B. Ilic 16, I. Kumric 8, S. Opojevlic 13, A. Perunicic 11, Z. Stankovic 2, B. Mrkojevic 22, N. Bukva 4.

 

Depiro: E. Briffa, A. Attard 3, N. Grech 9, J. Camilleri, A. Chomo 28, K. Xuereb 20, M. Borg 11, M. Zloh 3, M. Brincat, J. Nygaard 14, M. Debattista, J.Vibe.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak.

Gżira Athleta 60

 

Luxol 54

(13-20)(21-12)(17-14)(9-8)

Gżira Athleta għelbu lil Luxol 60-54 biex inagħqdu ma’ Depiro fil-finali biex għat-tielet sena konsekuttiva se jkunu fil-finali wara t-telfa tal-2016 u s-suċċess tal-istaġun li għadda. Luxol kienu mingħajr CJ Cordina u kellhom lura lil Juan Cefai. Mossa ta’ Peter Farrugia fejn poġġa lil Stefan Vincic fuq Vukassin Jandric fit-tieni sessjoni ħalliet il-frott hekk kif naqset ħafna mis-saħħa tas-Serb fl-attakk. Wara basket ta’ Vincic, Luxol irrispondew b’run ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Jandric. Athleta kellhom il-punti ta’ Nathan Xuereb fosthom trippla però Liam Caruana Montaldo wkoll għamel three pointer flimkien ma’ punti ta’ Jandric u Merlin Blazquez għal skor ta’ 20-13. Luxol baqgħu fuq quddiem sa’ nofs it-tieni taqsima fejn kellhom il-punti minn Jandric, Clayton Calleja u Micheal Sjoberg għal skor ta’ 27-19. Hawn Athleta għamlu run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Nathan Xuereb u Francesco Mifsud Bonnic biex marru basket minn fuq, distakk li żammew sal-intervall 34-32.

Wara l-mistrieħ, Athleta ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Albert Serra u żiedu l-vantaġġ għal 11 –il punt 45-34. Luxol wettqu reazzjoni u kellhom seba’ punti mingħajr risposta però Athleta kienu għadhom 5 minn fuq fi tmiem it-taqsima 51-46. L-aħħar sessjoni fetħet b’żewġ baskets oħra minn Athleta permezz ta’ Jonathan Ransley u Xuereb. Jandric wieġeb għal Luxol però punti ta’ Vincic u Serra ħallew lil Athleta 11 minn fuq 60-49. L-aħħar sforzi ta’ Luxol isarrfu f’ħames punti però t-tamiet tagħhom spiċċaw hekk kif Jandric spiċċa fouled out biex Athleta ħadu r-rebħa 60-54.

 

Gżira Athleta: K. Schembri, F. Mifsud Bonnici 7, C. Pucchia, A. Serra 19, L. Stefanovic 2, M. Caruana Montaldo, N. Xuereb 12, J. Aquilina, J. Caruana, S. Vincic 12, J. Ransley 8, M. Cilia.

Luxol: M. Blazquez 10, L. Caruana Montaldo 6, V. Jandric 25, I. El Gabaily, B. Caruana Montaldo, J. Cefai, C. Calleja 6, M. Sjoberg 2, J. Navarro, A. Micallef 5, M. Steenkamer.

Referees: Tuomas Mantere, Nicky Azzopardi, Emanuel Mangani.

 

L-ewwel partita: Il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju – 19:30


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/finali-bejn-depiro-u-athleta/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.