Finali bejn Caffè Moak Luxol u Honey Athleta

Tuesday, December 23, 2014, 19:26

TAZZA LOUIS BORG NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 57

Pavi Depiro 55

(10-10)(15-13)(16-15)(16-17)

Basket ta’ Steffi De Martino fl-aħħar sekonda ra lil Caffè Moak Luxol jiftħu vantaġġ ta’ basket f’din is-semifinali tat-tazza Louis Borg kontra Pavi Depiro 57-55. Depiro ħassew in-nuqqas tal-captain tagħhom Samantha Brincat li weġġgħat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Luxol kellhom l-ewwel basket tal-partita minn De Martino però Depiro kellhom ir-risposta ta’ Siarre Evans fosthom trippla biex marru 7-2 minn fuq. Luxol kellhom ir-risposta b’seba’ punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Sarah Pace biex wara li Maria Bonett kellha trippla għal Depiro, s-sessjoni ntemmet f’parita 10-10. Luxol bdew it-tieni taqsima b’żewġ baskets ta’ Paula Ellul. Depiro rrispondew permezz ta’ Bonett u Svetlana Micallef u l-punti komplew ġejjin fuq kull naħa però trippla eżatt mal-horn ta’ Beverlee Zammit rat lil Luxol jidħlu jistrieħu basket minn fuq 25-23.

Wara l-intervall, Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ hekk kif kellhom il-punti ta’ Evans u Gabu Mifsud. Luxol wieġbu bi three pointers ta’ Pace u Ellul biex marru 35-32 minn fuq u baqgħu fuq quddiem sa’ tmiem il-perjodu hekk kif kellhom il-punti tal-Amerikana Laekitha Alston. Fl-aħħar sessjoni l-partita sbieħet hekk kif Luxol bdew b’sitt punti fosthom trippla oħra ta’ Zammit. Hawn Depiro għamlu run ta’ 10-2 b’aktar punti minn Evans però fid-disa’ minuta Luxol kienu għadhom 6 minn fuq 55-49. Depiro għamlu sforz ieħor tant li reġgħu ġabu l-iskor indaqs wara tlett baskets ta’ Bonett, Micallef u Mifsud. Luxol kellhom l-aħħar pussess u l-ballun wasal għand De Martino li għamlet il-basket tar-rebħa għal skor finali ta’ 57-55.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 11, B. Zammit 3, M. Caruana, O. Visser, S. Tabone,  S. De Martino 14, K. Portelli, J. Borg Cardona 7, P. Ellul 7, L. Alston 15, C. Sollami, C. Curmi.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 7, R. Calleja, M. Bonett 17, N. Agius, M. Mifsud, S. Evans 24, T. De Martino, S. Micallef 7, C. Ciantar.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Luis Abuin

Honey Athleta 67

DHL Phoenix 36

(15-9)(17-12)(19-12)(16-3)

Honey Athleta għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni fil-finali tat-tazza Louis Borg meta għelbu lil DHL Phoenix 67-36. Phoenix kellhom diversi players nieqsa fosthom Sandra Munduru, Francesca Camilleri u Adriana Demanuele però l-prestazzjoni tagħhom kienet posittiva speċjalment minn naħa ta’ Justine Busuttil Gaerthy li kisbet 6 three pointers. Però għall-Athleta l-Amerikana Amelia Simmons kellha partita stupenda fejn spiċċat bi 38 punt u Phoenix ftit setgħu jżommuha. Fiil-fatt bil-punti ta’ Simmons flimkien ma’ Emma Moore u Sammy Jo Barbara, Athleta marru 15-9 minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni. Fit-tieni perjodu, Phoenix kellhom tlett trippli ta’ Busuttil Gaerthy biex naqqsu d-distakk għal ħames punti 23-18. Wara basket ta’ Simmons, Phoenix kellhom trippla oħra din id-darba minn Francesca Sant iżda fl-aħħar żewġ minuti Athleta kisbu seba’ punti mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 32-21 minn fuq.

Wara l-intervall, Busuttil Gaerthy fetħet bi trippla oħra però Athleta wieġbu bi break ta’ 16-5 b’diversi punti ta’ Simmons, Barbara u Lonneke Cassar biex temmew it-tielet taqsima 51-33 minn fuq. Athleta fetħu qawwi anke fl-aħħar taqsima fejn għamlu run ta’ 12-0 b’għaxar punti oħra ta’ Simmons. Phoenix kellhom basket uniku minn Martha Gatt biex Athleta għalqu l-partita b’żewġ baskets ta’ Sharon Vella biex ħarġu rebbieħa 67-36.

Honey Athleta: E. Moore 3, L. Pirotta, S. Vella 4, L. Cassar 4, L. Sciberras 4, D. Said Hollier, A. Simmons 38, R. Sciberras, F. Farrugia 2, SJ. Barbara 10, C. Mifsud 2.

DHL Phoenix: Y. Agius, L. Pace 1, N. Said, M. Gatt 8, F. Sant 7, G. Torpiano 2, J. B. Gaerthy 18, S. Davies. D. Vella Dingli.

Referees: Brian Sly, Jennifer Mangani.

Pavi Depiro 47

Caffè Moak Luxol 63

(8-14)(16-18)(12-14)(11-17)

Wara r-rebħa sofferta fl-ewwel partita, Luxol ħarġu aktar determinati biex jakkwistaw post fil-finali tat-tazza Louis Borg u fil-fatt huma rebħu din il-partita 63-47 biex eleminaw lil Depiro li kienu rebħu dan l-unur għal dawn l-aħħar żewġ staġuni. Depiro bdew bi trippla ta’ Tina Mifsud però Luxol kellhom il-punti minn Steffi De Martino f’run ta’ 12-3 biex temmew l-ewwel taqsima 14-8 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Luxol żammew vantaġġ ta’ sitt punti 21-15 sar-raba’ minuta. Depiro kellhom punti minn Maria Bonett u Siarre Evans biex naqqsu d-distakk għal basket. Luxol reġgħu rrispondew bil-punti ta Paula Ellul u trippla ta’ Beverlee Zammit. Evans ukoll kellha trippla għal Depiro però Luxol għalqu s-sessjoni b’żewġ baskets ta’ Laekitha Alston għal skor ta’ 32-24 fil-halftime.

Fit-tielet taqsima Luxol żiedu d-distakk hekk kif bdew bil-punti kontinwi ta’ De Martino u Sarah Pace. Depiro rrispondew bi trippla ta’ Gaby Mifsud u l-punti ta’ Evans iżda ma rnexxielhomx li jnaqqsu d-distakk kemm meħtieġ biex Luxol bdew l-aħħar taqsima 10 minn fuq 46-36.  Depiro għamlu sforz ieħor fil-bidu tar-raba’ perjodu meta naqqsu d-distakk għal sitt punti però Luxol irrispondew bi break deċisiv ta’ 15-2 li għalquh bi trippla ta’ Sarah Pace biex serrħu rashom mir-riżultat u għaddew għal finali b’rebħa ta’ 63-47.

Pavi Depiro: G. Mifsud 10, R. Calleja, M. Bonett 4, N. Agius, M. Mifsud 7, S. Evans 24, T. De Martino 2, S. Micallef, C. Ciantar.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 10, B. Zammit 3, M. Caruana, O. Visser, S. Tabone,  S. De Martino 24, K. Portelli, J. Borg Cardona 8, P. Ellul 6, L. Alston 10, C. Sollami, C. Curmi 2.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

DHL Phoenix 43

Honey Athleta 63

(6-16)(13-15)(15-10)(9-22)

Honey Athleta waslu sat-tieni finali tagħhom dan l-istaġun meta kisbu t-tieni rebħa fuq DHL Phoenix 63-43. Il-coach tal-Athleta ħalliet tistrieħ lill-Amerikana Amelia Simmons però tagħat ħafna ħin lil players oħra fosthom iż-żagħżugħa Sharon Vella li rreċiprokat din il-fiduċja u kellha partita tajba. Phoenix ukoll reġa’ kellhom wirja posittiva u kien biss fl-aħħar sessjoni li sofrew id-dominju tal-Athleta. Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ meta bdew bi break ta’ 14-3 b’baskets minn Leanne Sciberras, Emma Moore u Denise Said Hollier b’Justine Busuttil Gaerty twieġeb għal Phoenix bi trippla. Athleta temmew l-ewwel sessjoni 16-6 ,minn fuq wara basket ieħor ta’ Sciberras u fit-tieni sessjoni l-istess player kisbet trippla biex kabbret il-vantaġġ 23-8. Phoenix wieġbu minn Stephanie Davies u Martha Gatt bl-Athleta jkollhom il-punti ta’ Vella qabel ma Lisa Pace għamlet l-aħħar punti ta’ Phoenix u fl-intervall Athleta kienu 31-19 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Phoenix komplew jaqsmu sew il-logħob mal-Athleta  b’aktar punti minn Gatt, Francesca Sant u trippla ta’ Busuttil Gaerty. Athleta kellhom il-punti minn Said Hollier, Vella u Lonneke Cassar biex fi tmiem is-sessjoni kienu sebgħa minn fuq 41-34. Fl-aħħar sessjoni Athleta rnexxielhom jinqatgħu kompletament mill-avversarji fejn għamlu runs ta’ 9-2 u 11-2 b’Cassar tagħmel l-aħħar erba’ baskets konsekuttivi biex Athleta rebħu l-partita 63-43.

DHL Phoenix: L. Pace 4, M. Gatt 10, F. Sant 12, G. Torpiano, J. B. Gaerthy 12, A. Demanuele, Y. Agius, S. Davies 5.

Honey Athleta: E. Moore 10, L. Pirotta, S. Vella 19, L. Cassar 15, L. Sciberras 9, D. Said Hollier 8, A. Simmons, R. Sciberras, F. Farrugia, SJ. Barbara 2, C. Mifsud.

Referees: Clive Terribile, Jennifer Mangani





Leave a comment