Finali bejn Caffè Moak Luxol u Gżira Athleta

Tuesday, January 10, 2017, 9:08

St. James Hospital Knockout – Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 43

Caffè Moak Luxol 49

(10-8)(9-13)(6-13)(18-15)

Ic-champions Caffè Moak Luxol irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Depiro fl-ewwel semifinali tas-St. James Hospital Knock-out. Iż-żewġ timijiet ippreżentaw il-players barranini ġodda tagħhom fejn għal Depiro kien hemm Carlee Schumacher u għal Luxol kien hemm Attira Munir. Diffiċli tagħmel ġuduzzju wara l-ewwel dehra tagħhom f’kesħa kbira però s-shooting ta’ Schumacher irid ikun ħafna aħjar biex Depiro jisfidaw għall-unuri. Luxol kienu mingħajr Mandi Mercieca u Paula Ellul għalkemm irkupraw lil Steffi De Martino. Fl-ewwel sessjoni Luxol marru 8-5 minn fuq wara trippla ta’ Beverlee Zammit. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn Gaby Mifsud u Tina De Martino biex temmew it-taqsima minn fuq 10-8. Fit-tieni perjodu, Depiro komplew tajjeb b’run oħra ta’ 7-0 bi trippla ta’ Sam Brincat. Hawn però Luxol irkupraw hekk kif għamlu run ta’ 13-2 bil-punti ta’ De Martino, Sarah Pace u Munir biex daħlu jistrieħu 21-19 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Depiro bdew b’basket ta’ Andrea Mifsud iżda Luxol kellhom run oħra ta’ 10-2 b’Munir tidħol aktar fil-partita. Huma temmew bi trippla ta’ De Martino għal skor ta’ 34-25. Fl-aħħar taqsima, Luxol bdew bi trippla ta’ Ina Medina. Hawn waslet rimonta minn Depiro fejn għanlu run ta’ 13-2 bil-punti ta’ Brincat u trippla ta’ Nicole Agius biex naqqsu d-distakk għal punt 38-39. Luxol ġew f’tagħhom u bdew bi trippla ta’ Zammit u komplew bi break ta’ 8-2 biex baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 49-43.

Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 8, M. Balzaraviciute, S. Brincat 12, M. Bonett, C. Camilleri, N. Agius 7, M. Scicluna, C. Schumacher 2, H. Acreman, T. De Martino 10, C. Ciantar 2.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 7, B. Zammit 10, A. Munir 6, I. Baena Medina 3, N. Vella, S. De Martino 16,  K. Portelli, A. Calleja, M. Caruana 2, M. Darmanin 2, C. Curmi 3.

Referees: Brian Sly, Christine Farrugia.

Gżira Athleta 65

Hibs 59

(19-18)(13-13)(13-8)(20-20)

Gżira Athleta eleminaw lil holders Hibs fit-tieni semifinali tan-Knock-out wara semifinali kumbattuta. Athleta kienu mingħajr Milica Stefanovic li kienet sospiża fil-waqt li Hibs ppreżentaw lil Alexandra Marinkovic. Athlea bdew il-partita bit-three pointers ta’ Christina Grima bil-Hibs jirrispondu permezz ta’ Elena Cassar li wkoll kellha trippla flimkien ma’ Trudy Armstead. Wara punti minn Amelia Simmons, Athleta għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Leanne Sciberras u temmew is-sessjoni punt minn fuq 19-18. Fit-tieni taqsima Athleta komplew bi break qasir ta’ 8-2 b’aktar punti ta’ Grima u Simmons. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Armstead, Naomi Farrugia u Cassar biex id-distakk baqa’ ta punt fl-intervall bl-Athleta fuq quddiem 32-31.

Fit-tielet taqsima Athleta kabbru l-vantaġġ wara trippla ta’ Denise Said Hollier u l-baskets ta’ Grima u Antoinette Borg hekk kif Hibs kellhom diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li kellhom biss żewġ baskets. Fil-bidu tal-aħħar taqsimaiż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Athleta żammew il-vantaġġ ta’ 5 punti 52-47. Trippla ta’ Antoinette Borg fetħet run ta’ 8-2 minn Athleta li rathom jiftħu vantaġġ b’figuri doppji 60-49. L-aħħar sforz ta’ Hibs wasal minn punti ta’ Armstead u trippla ta’ Silvia Gambino però l-aktar li waslu viċin kien 4 punti biex Athleta żammew il-vantaġġ u ħarġu rebbieħa 65-59.

Gżira Athleta: C. Grima 21, M. Pollacco, S. Pisani, L. Sciberras 6, A. Simmons 28, D. Said Hollier 3, A. Borg 5, J. Schembri, S. Vella 2, E. Pace, C. Mifsud.

Hibs: E. Cassar 11, S. Gambino 10, I. Agius 1, K. Caruana, M. Said 3, N. Vella, K. Portainer Mifsud, N. Farrugia 2, T. Armstead 28, A. Marinkovic, J. Scerri 4.

Referees: Stephen Micallef, Erkan Ozpolat.





Leave a comment