Finali bejn A to Z Electronics Athleta u Floriana Francesco Fenech

Sunday, December 23, 2012, 12:14

minn Colin Schembri

Ic-champions A to Z Electronics Athleta waslu fil-finali tal-Bank of Valletta knock-out meta f’semifinali kumbattuta għelbu lil Pavi Depiro 81-74. Athleta kellhom lil Micheal Naudi jirritorna għal xi ħin pero’ kellhu jinbidel mil-ġdid wara xi minuti. Marko Todorovic u Matthew Zammit kellhom wirja tajba speċjalment taħt il-boards u Depiro sabu diffikulta biex jippenetraw iż-żona. Fuq barra, Omar Said kien f’ġurnata mill-aqwa b’seba’ three pointers. Għal Depiro, Shawn Morgan tħabat biex iwassalhom sat-tieni finali tal-istaġun pero’ kien magħluq sew minn Steve Schembri fuq barra u ġewwa sab il-ħajt Todorovic-Zammit. Wara li Depiro fetħu l-partita b’żewġ baskets ta’ Emanuel Lupo, Athleta wieġbu b’basket ta’ Kristin Baldacchino u trippla ta’ Shawn Pace. Depiro għamlu run ta’ 7-0 biex ħadu vantaġġ ta’ 6 punti 11-5. Hawn pero bdew ġejjin l-ewwel punti ta’ Said u Todorovic biex is-sessjoni ntemmet f’parita 12-12. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni wara trippla minn Andrew Aquilina. Punti minn Todorovic reġgħu ġabu l-iskor indaqs 23-23 pero’ reġa kien Aquilina li ta’ l-vantaġġ lil Depiro. Hawn waslu 2 trippli minn Said biex għal darb’oħra kellna parita 34-34.

Wara l-intervall, Athleta ħarġu aħjar u bdew b’run ta’ 9-2 biex ħadu vantaġġ ta’ 7 punti 43-36. Nigel Sultana għamel żewġ three pointers flimkien ma’ basket minn Morgan biex Depiro naqqsu d-distakk 44-45. Said kellu trippla oħra f’run ta’ 10-2 biex Athleta temmew is-sessjoni 57-59 minn fuq. Fl-aħħar perjodu, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fosthom trippli minn Steve Schembri u Roderick Vella. Depiro naqqsu d-distakk għal punt 65-66 fit-tmien minuta. Said u Vella għamlu trippla kull wieħed, u Zammit għamel 3 punti oħra biex l-aħħar minuta bdiet bl-Athleta 72-60 minn fuq. Hawn waslet trippla oħra ta’ Said fuq offensive rebound ta’ Zammit u Athleta komplew jagħmlu l-freethrows biex rebħu l-partita 81-74.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 2, M. Krastev, M. Gauchi Montaldo, M. Todorovic 20,  M. Giusti, H. Soufian, O. Said 28, S. Pace 3, Z. Borg, K. Baldacchino 2, M. Zammit 13, S. Schembri 13

Pavi Depiro: R. Vella 12, N. Sultana 12, K. Kun, A. Aquilina 12, A. Portelli, D. Agius, E. Lupo 6, M. Mallia, I. Tanti 2, S. Morgan 30.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Bupa Luxol 72

Floriana Francesco Fenech

(23-20)(19-17)(11-18)(19-21)

 

F’ripetizzjoni ta’ dik li kienet il-finali tal-istaġun li għadda, Floriana Francesco Fenech għelbu lil Bupa Luxol 72-76 biex se jkollna rebbieħ differenti għal dan l-istaġun. Iż-żewġ timijet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom pero’ Luxol kellhom jilgħabu għal aktar minn sessjoni mingħajr l-Amerikan Stephen Shackleford li għamel il-ħames foul fis-seba’ minuta tat-tielet sessjoni. Kien Shackleford li fetaħ il-partita b’żewġ trippli u bejniethom Bevan Scott Camilleri wieġeb għal Floriana. Shackleford flimkien ma’ Nikola Vasovic wieġbu għall-Luxol li fis-seba’ minuta kellhom vantaġġ ta’ 9 punti 16-7. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Phillip Thomas u trippla ta’ Chris Sammut pero’ kienu Luxol li temmew il-perjodu minn fuq 23-20. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, kien hemm iktar punti minn Shackleford u Vasovic biex Luxol fetħu distakk ta’ 10 punti 32-22. Hawn Floriana wieġbu permezz ta’ Thomas u Dirk Schembri biex naqqsu d-distakk għal basket 32-34. Luxol għamlu run oħra ta’ 8-2 qabel ma’ Floriana għalqu t-taqsima bi 3 freethrows biex Luxol daħlu jistrieħu fuq quddiem 42-37.

Fl-ewwel żewġ minuti tat-tieni perjodu Floriana dawwru l-iskor meta bdew b’basket ta’ Thomas u żewġ trippli ta’ Sammut. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ wara punti minn Shackleford u Jean Paul Bonnici 51-49 pero’ l-aħħar punti ġew minn Floriana li spiċċaw it-taqsima fuq quddiem 55-53. Huma kabbru l-vantaġġ 58-53 fil-bidu tal-aħħar sessjoni pero’ l-orgolju tal-Luxol bi palyers Maltin biss fuq il-court rahom jerġgħu imorru minn fuq 61-59 wara 3 baskets ta’ Marco Mercieca. Floriana wieġbu b’seba’ punti ta’ Camilleri fosthom trippla pero’ Luxol wieġbu b’seba’ punti oħra. Il-partita baqgħet missielta fl-aħħar sekondi tagħha hekk kif Floriana fallew xi freethrows. CJ Cordina għamel żewġ free-throws pero’ ftit kien għad fadal ħin u freethrows ta’ Camilleri għalqu l-partita favur Floriana 76-72.

 

Bupa Luxol: C.J. Cordina 4, M. Mercieca 12, E. Bonello, J. Willoughby, S. Shackleford 28, J.P. Schembri, N. Vasovic 14, T. Paris 2, A. M. Trigona, J.P. Bonnici 12, S. Capello

Floriana Francesco Fenech: B. Scott Camilleri 17, D. Camilleri 9, C. Sammut 12, I. Mercieca, S. Sammut 2, C. Calleja, D. Schembri 10, P. Thomas 26, M. Ciantar, S. Saakian.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Steve Gouder.

 





Leave a comment