Finali bejn A to Z Electronics Athleta u Depiro

Monday, April 9, 2012, 17:47

minn Colin Schembri.

Kampjonat MSV Life Irġiel – Playoffs 2

Floriana Francesco Fenech 58

Depiro 77

(12-20)(16-15)(17-22)(13-20)

 

Floriana vs Depiro

Floriana vs Depiro

Wara nuqqas ta’ diversi snin, Depiro rnexxielhom jaslu sal-finali tal-kampjonat ta’ l-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel. Depiro li fis-snin disgħin kienu fost il-krema tal-basketball lokali, għaddew minn snin ta’ transizzjoni fejn rebħu unuri fin-nisa u fis-setturi taż-żgħażagħ. Dan l-istaġun huma saħħew l-iskwadra b’akkwisti mportanti flimkien ma’ l-Amerikan Greg Hamlin. Huma waslu fil-finali wara r-rebħa fit-tielet playoff tal-kampjonat MSV Life kontra Floriana Francesco Fenech 77-58. Irrispetivament mir-riżultat ta’ din is-semifinali, l-istaġun ta’ Floriana kien verament posittiv wara r-ritorn tagħhom fl-għola diviżjoni. Huma waslu sal-finali tan-Knock out u spiċċaw il-kampjonat fit-tieni post qabel il-playoffs b’riżultati prestiġjużi għall-istorja tal-club. Depiro b’moral għoli wara r-rebħa fit-tieni semifinali bdew il-partita bi break ta’ 11-3 magħluq bi trippli ta’ Adrian Micallef li flimkien ma’ Hamlin għamlu l-punti tagħhom fl-ewwel ħinijiet. Floriana batew biex jagħmlu l-punti fejn Evan Fjeld kien magħsses tajjeb u fis-seba’ minuta Depiro kienu 10 minn fuq 17-7. Fjeld u Chris Sammut bi trippla wieġbu għal Floriana pero’ Depiro ukoll kellhom trippla permezz ta’ Vella biex temmew is-sessjoni 20-12 fuq quddiem. It-tielet sessjoni rat lil Depiro jżidu l-vantaġġ wara break ieħor ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Andrew Aquilina. Hawn Floriana wieġbu bi break qasir ta’ 8-4 biex naqqsu d-distakk. Nigel Sultana għamel 4 punti għal Depiro qabel ma Floriana għalqu s-sessjoni b’sitt punti konsekuttivi u fl-intervall naqqsu d-distakk għal 7 punti 28-35.

Depiro fetħu t-tielet perjodu b’basket ta’ Micallef pero’ Floriana kellhom il-freethrows wara fouls fuq Fjeld resqu viċin. Aquilina waqqfilhom din ir-run bi trippla pero’ Fjeld kompla għaddej bil-punti. Dan kien l-aħjar mument Furjaniż fil-logħba li sal-ħames minuta waslu basket ‘l bogħod 39-41. Hawn Depiro rritaljaw u għamlu run ta’ 10-0 biex reġgħu ħadu vantaġġ komdu u sa tmiem is-sessjoni reġgħu kienu 12 minn fuq 45-57. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Floriana kisbu żewġ baskets permezz ta’ Adrian Sultana. Hawn pero l-captain ta’ Depiro Roderick Vella li ta’ sittax –il sena kien fl-aħħar finali ta’ Depiro, għamel trippla biex beda run deċisiva ta’ 9-0 minn Depiro li fil-ħames minuta kienu 19 minn fuq 68-49. Jeremy Curmi għamel trippla għal Floriana flimkien ma’ basket ta’ Clayton Calleja pero’ Floriana kienu għadhom il-bogħod. Depiro ssiġallaw ir-rebħa b’iktar punti ta’ Vella u Hamlin biex rebħu l-partita 77-58 u ċċelebraw l-akkwist ta’ post fil-finali.

 

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi 3, C. Sammut 10, I. Mercieca, S. Sammut 4, C, Calleja 9, E. Fjeld 24, A. Sultana 6, M. Ciantar 2.

Depiro: R. Vella 19, JP Schembri, N. Sultana 10, A. Aquilina 14, A. Portelli 1, A. Micallef 12, E. Lupo, M. Mallia,  I. Tanti, G. Hamlin 21.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro,  Steve Gouder.

 

A to Z Electronics Athleta 94

Siġġiewi 58

(22-15)(23-13)(20-14)(29-16)

 

B’wirja ta champions A to Z Electronics Athleta għelbu lil Siġġiewi 94-58 biex għal darb’oħra waslu sal-finali tal-kampjonat ta’ l-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel. Athleta kkonfermaw il-qawwa tagħhom f’din il-partita minkejja li lagħbu għal ħin twil mingħajr Michael Naudi għalkemm irkupraw lil Andras Fekete. Athleta kontra Depiro hija finali li tqanqal nostalġija għal-isfidi tal-passat b’Joe Galeadiġa coach tagħhom fil-waqt li n-naħa l-oħra ma kien hemm ħadd ħlief Kevin Decesare. Athleta baqgħu konsistenti fil-finali tagħhom fejn jinbidlu kemm jinbidlu l-avversarji f’dawn l-aħħar snin, huma jkunu dejjem hemm. Minn Luxol sa Ħamrun għal Siġġiewi u issa Depiro. Wara li Athleta ħadu l-vantaġġ permezz ta’ Marco Todorovic, Siġġiewi għamlu l-ewwel punti tagħhom. Athleta għamlu break qasir ta’ 6-2 pero Alan Borg bi trippla ta’ l-vantaġġ lil Siġġiewi għal-aħħar darba fil-logħba. Hawn Athleta għamlu l-ewwel run qawwija tagħhom ta’ 14-3 biex temmew l-ewwel sessjibu 22-15 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Athleta komplew fejn ħallew u b’run oħra ta’ 11-1 fosthom trippla ta’ David Bugeja fetħu vantaġġ ta’ 17 –il punt fil-ħames minuta 33-16. Siġġiewi ppruvaw iwieġbu permezz ta’ trippla ta’ Chris Meier u punti minn Peter Shoults biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 23-33. Pero’ lejn tmiem il-perjodu kien hemm sensiela ta’ freethrows minn Steve Schembri u Kristin Baldacchino biex fl-intervall ic-champions kienu 17 minn fuq 45-28.

Wara l-mistrieħ ir-reazzjoni ta’ Siġġiewi ma waslitx speċjalment fl-ewwel minuti. Anzi kienu Athleta li komplew bi break ieħor qawwi ta’ 15-1 biex kabbru l-vantaġġ tagħhom 60-29. Hawn Siġġiewi bdew jirrispondu u għamlu run ta’ 11-0 bi trippli ta’ Karl Borg biex naqqsu d-distakk għal 20 punt. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita hekk kif Siġġiewi qatt ma wrew li jistgħu jirkupraw. Mhux hekk biss imma Athleta komplew ikabbru l-vantaġġ bi breaks qosra u anke dunk ta’ Todorovic u trippla ta’ Addison Bonnici – l-aħjar żewġ players fuq il-court. Dan jikkonfermah ukoll il-fatt li Siġġiewi ħadu biss 2 offensive rebounds f’partita sħiħa. Il-partita għalqet bi trippli ta’ l-orgolju minn Shoults bl-Athleta joħorġu rebbieħa 94-58.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 2, I. Buldakov, D. Bugeja 5, M. Todorovic 20,  M. Giusti, S. Schembri 14, O. Said 13, D. Schembri 4, A. Bonnici 23, K. Baldacchino 8, A. Fekete 5.

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 2, P. Shoults 15, E. Xuereb 3, L. Grima, A. Borg 3, K. Borg 13, C. Meier 8, C. Codomaris, M. Matijevic 14.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

Programm tal-finali

 

1. Il-Ħadd 15 t’April – 16:30 – A to Z Electronics Athleta vs Depiro

2. Il-Ħadd 22 t’April – 16:30 – Depiro vs A to Z Electronics Athleta

3. Il-Ħadd 29 t’April – 16:30 – A to Z Electronics Athleta vs Depiro

4. It-Tlieta 1 ta’ Mejju – 16:30 – Depiro vs A to Z Electronics Athleta

5. Il-Ħadd 6 ta’ Mejju – 16:30 – A to Z Electronics Athleta vs Depiro

 

 





19 Comments

  1. Floriana Fan says:

    Any news on the Belin-Sammut case? Is Paul still investigating Vasovic’s lies? The last we heard was that this case was still being looked into and then as always, nothing else was said or done!

    [Reply]

  2. guzeppi says:

    Tatix kaz Adrian u ibqa ghin lil MBA biex il-loghba tisbieh…min joqghod jikkritika biss l-ghan tieghu hu li jkisser u mhux li jixtieq il-gid kif qal l-osservatur ta’ *******.

    [Reply]

  3. Osservatur Ta'Qali says:

    Nixtieq insaqsi ftit domandi fuq is sitwazzjoni gewwa Ta’ Qali. Nixtieq twegiba. 

    1. X’ qed isir fuq ir – registration tal players? Ha jinbidlu r- regoli? Ir – rabta ta 3 snin ha tibqa? 
    2. Min ha jkunu r – referees ghal finals? Steven Gouder kien jitrejnja regolari ma Athleta sa dan is season. Adrian (tad Depiro) ma jixtieqx li jirrefja Mangani. Tghid ha jghamel finals kollha bhala timekeeper is sur Mangani, bhalma gara s-season l-iehor.
    3. La qed nitkelmu fuq referees, ghalfejn inbidel il hin tas semi final tas sibt biex xorta labghu l-irgiel wara xulxin. Hawn min qed jghid li dan sehh biex player tar – Rabat (nisa) tlahhaq il lobgha ghax kienet ghawdex.
    4. Ir referee Carbonaro ghadda mil fitness test tar referees? Jekk hi serja l- MBRA missha tghamel din id data pubblika. Meta jsir il fitness test li gej missu jigi iffilmjat u jkun publiku.
     5. L-MBA missha tahdem biex jkun hemm “referee exchange” ma sqallija, Hekk i referees taghna jiehdu esperjenza barra min Malta. Din isservi ghal kulhadd, kemm ghar referees li dejjem jirrefjaw l-istess erbgha min nies, kif wkoll ghal players. Hekk forsi il players jindunaw li ir referees taghna m’humiex daqshekk hziena. Ir referees Maltin jindunaw li il players Maltin mhux daqshekk hziena laqqas. Forsi jiefqu jsafru fouls fuq nies bhal Alan Borg qabel ma jghamel il foul “ghax ghandu il fama”
    6. Min qed jiehu hsieb il facebook page ta l-MBA? Hawn min jghid li Adrian tad Depiro huwa Admin fuq din il page. Dan jaghtih vantagg fuq teamijiet ohra ghax Maltin Awstraljani u players barranin ohra ta sikwit jiktbu u jibghatu CVs.

    J’alla ikkolnha finals sbieh, ghax kien season sabih ghal basketball Malti, fejn zdiedu n – nies, il lghob impruvja u kien hemm atmosfera sabiha.
    Qed nghamel dawn il kummenti ghal gid tal basketball Malti.

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    adrian tad depiro quwwa l – emperatur ta ta qali…………..kollox minnu li ktiebt sur osservatur.

    [Reply]

    Adrian Mifsud Reply:

    @Osservatur
    Min flok tparla fil-vojt mhux ahjar ixxammar u taghti daqqa t’id lil Amminsitraturi li hemm bhalissa. Veru li jien amministratur tal fb page bhal ma huwa ukoll l-President u Dirk Schembri imma jibqa l-fatt li turi kemm ma tifhem xejn. FB posts jarahom kulhadd mill-ewwel u ma ghandi l-ebda vantagg fuq haddiehor b’daqshekk. Li zgur ghandi huwa balla xoghol aktar min haddiehor ghax hlief ghajnuna lil MBA ma tajtx ghad-detriment tal-klabb ta Depiro. Qed tallega li l-klabb tad-Depiro qed jigi pprefurut u nitolbok turi bil-fatti kif qed isir dan.
    Kull ma naf huwa li ufficjali tal-MBA xebaw jitolbu ghajnuna lil nies imma ftit huma dawk li accettaw – bhal Dirk, Edgar, Omar u jien.
    Forsi wasalek iz-zmien li trabbi naqra kurragg, turi min int u tigi tghin ghal-gid tal-loghba.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Adrian minghajr mhu qed nallega xejn… ma tahsibx li xorta problema li fejn jidhol Propoganda qed jghamlu bniedem li qijat ma klabb, meta fil verita ghadnha bzonn bniedem fully concentrated fuqu dak ix xol ….

    [Reply]

    Osservatur Ta'Qali Reply:

    Adrian, Facebook pages jircivu private messages fuq facebook issa. Hares fuq it top right tal Admin panel.
    Igifieri, jew qed tiprova tinganna n- nies, jew inkella m’ghandekx ideja kif jintuza il Facebook Page. Jekk it tieni, allura ghalfejn qieghed Admin?
    Ta min titfaw ritratt ta Omar vs Rodrick jew xi haga hekk bhala Cover Photo biex timpromovu il lobgha taghna, milli cover photo tal NBA. Il PR ghandu jkun prijorita ghal MBA is season li gej!

    Interessant li ma semmejt xejn, kemm fuq il player(s) tieghek li kienu Ghawdex, u ghalfejn tresqet is- semifinal ta’ l- irgiel, kemm fuq il fatt li Mangani ilu ma jireffja lid Depiro hafna, ghalkemm hawn nuqqas qawwi ta referees. Dawn huma ezempji cari kif id Depiro qed jigu preferuti! 

    Taf bizejjed li hawn hafna nies li jghatu ghinuna lil MBA. Ix xoghol li taghmel int jigi apprezat wkoll. Izda huwa fatt wkoll li kulhadd l-istess kliem. All animals are equal, but some are more equal than others in the MBA. 

    [Reply]

    Adrian Mifsud Reply:

    Nahseb l-ingann nafu min qed jipprova jaghmlu ghax allura anke Dirk ghandu dak il-vantagg imma nafu ukoll li players barranin jibghatu lil MBA fuq email address u mhux fuq fb u dawn koll jigu cirkulati mis-segretarju generali.
    Rigward l-affarijiet l-ohra li qed issemmi mur staqsi lil MBA ghalfejn saru t-tibdiliet. U fir-rigward tas-sur Mangani – inti semmejt li dan ghamel finals timekeeper is-sena l-ohra – tghid kien tort tad-Depiro ukoll.

    L-ahhar haga – jekk int vera thobb il-lopghba uri min int u ejja ha tghin – mhux thammeg in-nies biss

    Funny Reply:

    @ Osservatur

    Ghal informazzioni Tghiek (JEKK INT OSSERVATUR TAJJEB U TITLA TA QALI TARA IL LOGHOB) Mangani irreffja l’ewwel Semi Final bejn Depiro U Floriana. Nahseb ma intiex osservatur tajjeb. Mela milux hafna ma jirrefja lid Depiro Kif qied t’ghid int.

    louis mizzi Reply:

    nahseb bhal hadd iehor inti stmat go ta qali……….fl ahhar mill l ahhar hemm preferenza lejn id depiro tax xoghol li inti tamel al MBA. ezempju… it tfal ta mifsud fit tim nazzjonali bniet…..nofs it tim tal irgiel fin nazzjonali tal irgiel. u dan huwa biss il bidu tal hakkma tieghek go ta qali. your next step min jaf??…..punt wiehed nixtieq infakkrek li lill cesare ta gewwa tajrulu rasu sur emperatur.

    [Reply]

    Adrian Mifsud Reply:

    Another person hiding behind a fictitious name – it-tfal dahhlu fin-nazzjonal bil-hila taghhom imma forsi ghandek effetwat min kif kien jigri fil-passat. 
    Il-players li hemm fin-nazzjonal ta l-irgiel diga kienu hemm fil-passat u ukoll laghbu fl-U16s u U18 National teams. Imnalla Bugeja mar mas-sliema ghax kieku hemm 7 tad-depiro. Fl-ahhar mill-ahhar dak u l-frott tan-nurseries taghna u kburin – hafna players man-nazzjonal.
    L-ghira ma twasslek imkien :D

    Truly Bball Lover Reply:

    Ta nazjonal ta irgiel ma tantx ghandek ragun habib….Rocket Rodrik andrew… tahseb ma haqaomx nazzjonal??

    josephb Reply:

    Ma nistax nifhem kif dawn il kummenti huma ta gid ghal basketball. Qrajthom darbtejn imma hlief l-ewwel mistoqsija m’hemmx hlief tghajjir u biex thammeg il basketball Malti.
    Hallina ha niehdu pjacir sur Osservatur.

    [Reply]

    Ali Reply:

    @ Osservatur
    Issa meta tkun appointment officer ibda ghatihom int l`appointments tar Referees izda ghalissa ibqa parla fil vojt u jekk int osservatur tajjeb li ma nahsibx li int Mangani irrefja l`ewwel semi Final Depiro vs Floriana. 

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    you were right….mangani did not ref game one tal men and look at facebook this morning of MBA.. as if Hibs vs Luxol was not played. No comments at all. Kollox favur id depiro. Pawlu u Joey, wake up before it is tooooooo late..kellek ragun. is sur mifsud ghandu il power ta qali.

    [Reply]

    Funny Reply:

    He did ref game 2 tal Men Mizzi tinsiex li best out of 5 games nahseb parlajt wisq kmieni!!!!!!

    [Reply]

  4. Edmund Farrugia says:

    Well Done blues.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Mela qed tati ka issa :P

    [Reply]

  5. Truly Bball Lover says:

    As I tought and said….. at the begining of the season !!! Sa wich game ha jaslu ejja?? u min !?!

    [Reply]

Leave a comment