Finali bejn A to Z Electronics Athleta u Bupa Luxol

Wednesday, June 1, 2011, 21:48
Siggiewi vs Athleta

Siggiewi vs Athleta

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI

Għal dan l-istaġun se jkollna champions ġodda anke fil-basketball ta’ l-irġiel hekk kif fil-finali se jiltaqgħu A to Z Electronics Athleta u Bupa Luxol. Dan ġie determinat wara l-aħħar tlett partiti mic-championship pool li ntlagħbu l-ġimgħa li għaddiet.

Fl-ewwel partita, Siġġiewi Derby għelbu lil Bupa Luxol 78-66. Siġġiewi fetħu tajjeb u bi three pointers tagħhom temmew l-ewwel sessjoni 23-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-vantaġġ ta’ Siġġiewi kiber għal 21 punt fir-raba’ minuta 34-13 wara trippla minn Marco Matijevic. Minkejja li Luxol naqqsu d-distakk, kienu Siġġiewi li daħlu jistrieħu 47-31 fuq quddiem. Fit-tielet sessjoni Luxol naqqsu d-distakk wara trippli minn Petar Apcev bis-Siġġiewi jwieġbu bil-punti ta’ Karl Borg u Matijevic. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni, kienu Siġġiewi li reġgħu fetħu distakk t’20 punt pero rimonta minn Luxol bi trippli ta’ Apcev u Jean Paul Bonnici wasslithom sa’ 10 punti l-bogħod. Pero’ kien għad fadal biss żewġ minuti u punti minn Alan Borg taw ir-rebħa lil Siġġiewi 78-65.

 Jumejn wara iltaqgħu A to Z Electronics Athleta kontra Siġġiewi Derby u hawn l-Athleta ħarġu rebbieħa 72-57.  L-ewwel sessjoni kienu ta’ skor għoli bl-Athleta jtemmuwha 22-18 minn fuq. Siġġiewi naqqsu dan l-iżvantaġġ wara trippli ta’ Lee Ross u anke marru punt minn fuq fid-disa’ minuta. Pero punti minn Kristin Baldacchino u Adison Bonnici taw vantaġġ lil Athleta fil-mistrieħ 34-31. Anke t-tielet sessjoni kienet bilanċjata u ż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin għalkemm Athleta fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 47-41. Fl-aħħar sessjoni wara li Athelta marru 7 minn fuq, Siġġiewi wieġbu bi break ta’ 9-2 biex f’nofs is-sessjoni kien hemm parita 52-52. Trippla ta’ Michael Naudi fetħet run ta’ 10-0 minn Athleta li tathom vantaġġ definit li żammewh sat-tmiem u rebħu 72-57.

Fl-aħħar partita Bupa Luxol kisbu t-tieni rebħa fuq A to Z Electronics Athleta fic-championship pool 93-88 biex għaddew għal finali flimkien ma’ l-istess Athleta. Partita li fiha kien hemm 18 –il threepointer minn Athleta u 7 minn Luxol. Athleta kienu 31-23 minn fuq wara l-ewwel sessjoni u bil-Luxol juru titjib fil-logħba tagħhom naqqsu d-distakk għal 3 punti qabel l-intervall 45-48. Luxol approfittaw minn difiża statika tal-Athleta biex fit-tielet sessjoni ħadu vantaġġ 66-62. Ir-raba’ sessjoni kienet ta’ skor għoli fejn Luxol rebħuha 27-26 u rebħu l-partita 93-88. L-ewwel finali tintlagħab fis-sebgħa ta’ Ġunju fl-16.15





4 Comments

  1. Truly Bball Lover says:

    Mizzi ftakar li Luxol rebhu lis siggiewi u waqaf l lig habba f hekk…. min mhux hati jitfa l ewwel gebla…

    [Reply]

  2. Whip says:

    SUr Mizzi…..ergajt qed taghmel certu akkuzi u mhux qed tipprovdi fatti konkreti. Bhal meta semmejt li Lee Ross ghax ma laghbs kontra il-luxol. billi freddi and co jaqlawlu ma fija xejn hazin ghax hemm certu spejjex biex tmexxi klabb. barra min hekk l’istorja tal-luxol hija wahda glorjuza. jekk tfittex sew tinnota li bhala team dejjem kinu jew ikunu qed jiggieldu ghal-kampjonat.

    [Reply]

  3. Nathan says:

    hekk hu Joe
    They deserved it after beating Siggiewi twice. And to top it off, Siggiewi lost to Loyola who came last. Siggiewi should really look at their loses rather than HOPE on other teams winning or losing to make the finals.

    [Reply]

  4. JOE MIZZI says:

    kemm saru tajbin tal luxol……………filli jigildu bejn l ahhar tlieta ma tal loyola u tad depiro u f daqqa wahda telaw ghal uccata biex spiccaw final mal l athleta. jonny kowc tajjeb tas sew ax andu lil freddi & co jaqlawlu.

    [Reply]

Leave a comment