“Fil-Basketball hemm nies li lesti jkissru biex jilħqu l-għan tagħhom” Camilleri

Sunday, November 21, 2010, 22:13
Frank Camilleri (left) his resignation as MBA Secretary is irreversible

Frank Camilleri (left) his resignation as MBA Secretary is irreversible

Ir-Riżenja ta’ Frank Camilleri minn Segretarju Ġenerali tal-MBA – Malta Basketball Association ħasdet lil ħafna nies b’mod speċjali lil dawk li huma midħla fl-iSport tal-Basketball lokali. Din il-website illejla qed tippuplika l-ittra ta’ riżenja li bagħat Frank Camilleri lil Clubs u lil membri tal-Kunsill fit-totalita tagħha.

Intant din il-website tista’ tikkonferma li r-riżenja ta’ Camilleri għada ma ġietx uffiċjalment aċċetata mill-organu l-iktar għoli fil-Basketball lokali jiġifieri l-President’s Council.

L-Ittra li bagħat Camilleri fil-jiem li għaddew:

Ghaziz President u membri tal-Kunsill,

Ili ghal dawn l-ahhar gimghat nahseb jekk wara 17 il-sena fil-kunsill tal-MBA wasalx iz-zmien li nirrezenja minn din il-kariga fi hdan l-MBA.

L-eventi li graw u qed jigru partikolarment f’dawk l-ahhar gimghat u granet ma hallewli l-ebda triq ohra hlief li nirrezenja b’effett immedjat.

Il-klima ta’ li qed nahdem fiha fejn numru ta’ individwi jizirghaw il-mibgheda, joholqu ncertezzi u dubji partikolarment fil-konfront tieghi ma thallikx tahdem u tiehu pjacir b’dak kollu li tkun qed taghmel. Ghandna individwi fil-loghba li jiehdu gost jikkrejaw problemi fejn fil-fatt ma jeziztux u jekk ma tghaddiex taghhom ihassru. Nies li suppost jafu ahjar fejn l-interess huwa biss li nirbah akkost ta’ kollox. Mentalita li biex nirbah indajjef lil l-avversarji tieghi. Dan mhux sew u ma ghadx ghandi l-entuzjazzmu sabiex niggieled dawn il-battalji inutli. Nies li disposti ‘jkissru l-loghba’ sabiex jilhqu l-ghan taghhom.

Jien qatt ma kont fil-loghba ghal gwadan personali u dan jixhdu l-fatt li l-hlas tieghi kien LM120 u ghadu hekk sal-lum 17 il-sena wara. 

L-ambjent li holqu certi nies ma jippermettix li nibqa nahdem b’mod trankwill. F’cirkostanzi bhal dawn l-ahjar haga hija li nghamel spazju ghal haddiehor. Matul is-snin li ghaddew kont min ta’ quddiem u qatt ma bzajt niehu decizzjonijiet difficli u forsi dawn wasslu sabiex uhud mill-membri fil-loghba jibdew kampanja sistematika fejn jipprovaw jimminaw ix-xoghol kollu li taghmel.

Matul is-snin jien dejjem servejt bl-ahjar mod possibli izda qatt mhu ser naccetta li xi hadd jiddubita mill-integrita tieghi fix-xoghol li nghamel.

Dawn huma ftit mir-ragunijiet li wassluni sabiex niehu din id-decizzjoni. Nitlob lil Kunsill tal-President sabiex jinnomina persuna ta’ fiducja tieghu halli fl-aqsar zmien possibli nkun nista nghati handover sewwa.

Fis-snin li kelli l-pjacir nservi fl-MBA rajt il-loghba tizviluppa b’mod konkret. Niftakar meta l-minibasket kien jikkonsisti f’zewg kategoriji biss il-lum ghandna hamsa. Ir-rizultati fit-teams nazzjonali kien rari. Il-lum ghandna rizultati b’mod konsistenti. Nilghabu l-fuq min 550 partitta fis-sena u 25 tournament tal-minibasket. Jekk nibqgha nsemmi dak kollu li sar u niftahar nghid li kont parti minnu bhal hafna minkom ma nispicca qatt nikteb. Cert li baqa hafna xi jsir. Kulhadd japprezza (nispera) li x-xoghol ta’ Segretarju mhux haga facli aktar u aktar fiz-zmienijiet tal-lumm. Nemmen li jinstab l-bniedem adattat li jkun lest li jkun min ta’ quddiem sabiex imexxi organizzazjoni bhal-MBA. Imut papa u jilhaq iehor.

Sur President inti ilek 4 snin inqas minni fl-MBA. Ghandek vizzjoni tajba fejn trid tasal. Kompli ghaddej u ahdem fuq l-idejat li ghandek u cert li l-Basketball jkompli jimxi l-quddiem.

Din hija d-decizzjoni finali tieghi u hija wkoll irriversibbli.

Grazzi lil dawk kollha li hadmu mieghi matul dawn is-snin kollha u nitlob skuza lil dawk li xi darba jew ohra nqasthom.

Dejjem taghkom

Frank Camilleri





1 Comment

  1. Tas Sliema says:

    The way the Non Maltese policy has been written is open for abuse. A top Maltese Club made this known weeks ago during their Press Conference so it was no surpise that we have today reached such a state. We also cannot allow one person to dictate what “the spirit” of the Policy is all about because it is what is written that becomes the law.
    I believe that Frankie Camilleri is being made a scapegoat when it is the President Council that should say mea culpa as these Policies are their own doing.
    We must now evaluate whether this THINK TANK of the MBA is functioning for the better of the local game as we only have 5 clubs in the 1st Divison and nobody from the 2nd Division wants to be promoted!!!! Unbelievable.

    [Reply]

Leave a comment