Field Hockey: Senior national league updates

Wednesday, January 14, 2015, 6:00

White Hart Laferla Insurance   0       Qormi Poiatti   6       Umpires   Luke Busuttil Leaver    Emile Borg

White Hart bdew il-logħba tajjeb ħafna u rebħu  short corner fl-ewwel minuta iżda ma rnexxielhomx jisfruttawh.  Min-naħa tagħhom Qormi kkapitalizzaw mill-ewwel short corner li kellhom meta Juan Sarcia spara fix-xibka wara biss 3 minuti.  Minkejja li Qormi ddominaw il-logħba, ma setgħux ikabbru l-vantaġġ tagħhom bil-gowlkiper ta’ White Hart Robert Vassallo Agius ikun protagonist diversi drabi.  B’Qormi jattakkaw, White Hart bdew jisfruttaw l-ispazji fid-difiża ta’ Qormi u kienu perikolużi fil-kontrattakki li ħolqu.  L-ewwel taqsima spiċċat b’Qormi jgawdu gowl vantaġġ.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Qormi marru viċin meta laqtu l-lasti iżda ma kellhomx jistennew ħafna biex jiskorjaw it-tieni gowl tagħhom.  Justin Bonello rċieva tajjeb mingħand Isaac Mansueto u poġġa lil Qormi tnejn minn fuq.  Qormi żiedu l-vantaġġ fit-42 minuta meta Steve Tanti daħal tajjeb u b’xutt fil-baxx għeleb lill-gowlkiper ta’ White Hart.  Minn hawn ‘il quddiem il-logħba ma kienx għad fiha storja għat-tim żagħżugh ta’ White Hart u fit-53 minuta Jonathan Borg għamilhom 4-0 b’xutt mid-distanza.  Kyle Micallef skorja l-ħames gowl għal Qormi u b’Sarcia jiskorja t-tieni gowl personali għal riżultat finali ta’ 6-0.  B’din ir-rebħa Qormi telgħu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma’ Sliema HS.





Leave a comment