“Fiduċjuż li se nagħtu wirja tajba kontra l-Kroazja”

Thursday, September 1, 2011, 12:03
minn Catherine Micallef.
Manny Muscat, John Buttigieg, Mark Muscat u Robert Gatt Ritratt - Joe Borg

Manny Muscat, John Buttigieg, Mark Muscat u Robert Gatt Ritratt - Joe Borg

Għall-ħabta tal-10am, il-Malta Football Association organizzat konferenza stampa oħra din id-darba bi tħejjija għal-logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2012 għada l-Ġimgħa 2 ta’ Settembru fis-7pm kontra l-Kroazja. Malta tinsab tokkupa l-aħħar post fil-klassifika ta’ Grupp F fejn insibu li l-Kroazja jinsabu punt biss taħt il-Ġreċja li għandhom 14-il punt minn sitt logħbiet, u jsegwu Israel, Georgia u Latvia.

Għal din il-konferenza stampa kien hemm preżenti il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti John Buttigieg, il-plejer Malti li jilgħab ma’ Wellington Phoenix Manny Muscat, id-Direttur taċ-Ċentru Tekniku Robert Gatt u Mark Muscat Media Officer għal-logħbiet Internazzjonali tat-tim Nazzjonali Malti.

Il-kowċ Buttigieg qed jispera li t-tim ikompli fuq dak li ħalla fl-aħħar logħba kontra s-Central African Republic  u t-tim jinsab preparat biex jikkonfronta u jikkumbatti  l-qawwa Kroata. Huwa stqarr li l-plejers jinsabu kollha mija fil-mija fit u l-għażla tiegħu tal-għoxrin plejer huma l-aqwa għoxrin li hawn jilagħbu bħalissa. Wara l-logħba tal-10 t’Awwissu kontra s-Central African Republic kien hemm żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ qabel beda t-taħriġ nhar it-Tnejn li għadda.

Ritratt - Joe Borg

Ritratt - Joe Borg

Daniel Bogdanovic li ingħaqad mat-tim ta’ Blackpool, tħalla barra minħabba l-fatt li kien se jitlef tliet sessjonijiet ta’ taħriġ u għahekk ma setax jiġi mgħajjat.

Rigward Michael Mifsud u l-fatt li ma lagħabx għal dawn l-aħħar 15-il ġurnata ma jinkwetax assolutament lill-kowċ Buttigieg, għall-fatt li l-plejer ta wirjiet mill-aqwa anki meta waqaf għal perjodu ta’ kważi sena sħiħa.  Buttigieg għalaq din il-konferenza stampa billi stqarr: “Nafu li se nilagħbu kontra tim kbir pero konvint li se nagħtu wirja tajba.” Il-pubbliku jista’ jixtri l-biljetti qabel il-logħba jew inkella minn dawn il-ħwienet – Agenda Bookshops, Exotique, Eros Stationery – Paceville, Star Tourism – Buġibba, Lion King Stationery – G’Mangia u l-ħwienet kollha ta’ 8 till Late. Il-prezzijiet huma s-segwenti – Eur 25 fl-enclosure, Eur 10 fil-Millenium Stand u Eur 5 fis-South End  – flimkien mal-briju u l-entużjażmu tas-South End Core.  Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jilbes il-kulur AĦMAR għal din il-partita.

L-għażla tal-20 plejer ta’ John Buttigieg u Carmel Busuttil hija s-segwenti:

Goalkeepers

Reuben Gauci – Marsaxlokk FC

Andrew Hogg – Valletta FC

Difensuri

Andrei Agius – As Melfi

Steve Borg – Valletta FC

Roderick Briffa – Valletta FC

Jonathan Caruana – Valletta FC

Clayton Failla – Hibernians FC

Carlo Mamo – Marsaxlokk FC

Joseph Zerafa – Birkirkara FC

Midfielders

Trevor Cilia – Birkirkara FC

Paul Fenech – Birkirkara FC

Ryan Fenech – Valletta FC

John Hutchinson – Chengdu Blades

Manny Muscat – Wellington Phoenix

Jamie Pace – Valletta FC

Gareth Sciberras – Birkirkara FC

Attakkanti

Andrew Cohen – Hibernians FC

Michael Mifsud – Valletta FC

Andre` Schembri – Olyimpiakos Volou

Ivan Woods – Floriana FC





Leave a comment