Fidda u l-aħjar ħin personali għal Lisa Bezzina

Thursday, June 2, 2011, 7:01

 Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Lisa Bezzina. Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

Lisa Bezzina. Ritratt Roberto Runza www.robertorunza.com

“Kienet tiġrija sabiħa u ferħana immens li irbaħt il-Fidda”. Hekk stqarret Lisa Marie Bezzina sekondi biss wara r-rebħet il-fidda fit-tiġrija tal-10,000 metru li ġeneralment tieħu iktar minn nofs siegħa. ”Dan hu tragward kbir għalija anke għall-fatt li għamilt l-aħjar ħin personali illum u nixtieq nirringrazzja lill-Boss tiegħi Ian Restall u lill-kowċ tiegħi John Walsh tat-training li għamilna f’din l-aħħar sena” qalet Bezzina.

Hi mill-ewwel talbet il-bandiera ta’ Malta biex tieħu r-ritratti magħha u bdiet tgħannaq lill-dawk ta’ madwarha fosthom lill-atleta Maltija l-oħra Giselle Camilleri li spiċċat fir-raba’ post fl-istess tiġrija f’ħin tajjeb ukoll. Bezzina irringrazzjat ukoll lill-KOM u lill-Athletics Malta talli offrewla l-għajnuna kollha f’dawn l-aħħar jiem. Bezzina issa tiġri fil-5,000 metru il-Ġimgħa sabiex tipprova timmiljora l-kulur u l-kwalita’ tal-Midalja.

Ta’ min isemmi li Giselle Camilleri li kellha tiġrija tajba ħafna għadha kif saret omm ta’ tarbija seba’ xhur ilu u li waslet s’hawn għaliha kien diġa tragwd kbir. Camilleri ferħet ħafna ma’ Bezzina u tgħannqet ukoll ma’ żewġha u mat-tifel tagħha li qed jakkumpanjawha hawn f’Liechtenstein.

Jikkongratulaw ruħhom maż-żewġ Maltin l-Imħallef Farrugia Sacco, Mark Cutajar, Julian Pace Bonello, Charles Camenzuli fost l-oħrajn li kienu preżenti għal din it-tellieqa.

Ritratti minn Roberto Runza www.robertorunza.com





2 Comments

  1. angie cutajar says:

    well done swt, we are proud of you.

    [Reply]

  2. Oswald says:

    PROSIT HAFNA LISA. FANTASTIC SHOW. Well done.

    [Reply]

Leave a comment