Fidda u Bronż fit-Table Tennis

Friday, June 3, 2011, 0:54

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Il-players tat-Table Tennis bil-midalji tagħhom wara s-suċċess fid-Doubles

Il-players tat-Table Tennis bil-midalji tagħhom wara s-suċċess fid-Doubles

It-Table Tennis irreġistra iktar midalji f’dan il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar hekk kif irbaħna Fidda u Bronz fil-ġurnata tal-Ħamis wara li irbaħna lil-Monaco 3-0. In-Nisa permezz ta’ Jessica Pace u Lu Peng Fei reġgħu rebħu l-bronż din id-darba fid-doubles wara li iktar kmieni din il-ġimgħa rebħu l-istess kwalita’ ta’ midalja fil-kompetizjoni tat-timijiet.

Fid-Doubles tal-Irġiel Daniel Bajada u Simon Gerada kellhom jikkuntentaw ruħhom bil-Fidda wara li tilfu il-Finali.

Issa fit-Table Tennis jibdew l-individwali.  

Rirtatti Roberto Runza www.robertorunza.com

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tennis

Fid-Doubles Nisa fis-semi Finali Kimberly Cassar u Elena Yetcheva għelbu lil Kristjansdottir u Staub tal-Iżlanda 6-1  6-2. B’hekk huma għaddew għall-Finali u se jilgħabu kontra Vogt u Von Deichman ta’ Liechtenstein fejn issa hemm Fidda żgur imma iċ-ċans għad-deheb qiegħed hemm ukoll.

Fl-individwali Irġiel fil-Kwarti tal-Finali  Matthew Axiaq tilef kontra Stefano Galvani (San Marino)  2-6  2-6. Nick Camilleri (MLT) tilef  kontra Benjamin Balleret (MON) 1-6  3-6

Fl-individwali Nisa Kwarti tal-Finali kellna dawn ir-riżultati:

Elena Jetcheva (MLT) tilfet kontra Stephanie Vogt (LIE)         3-6  3-6

Kim Cassar (MLT) tilfet kontra Mara Argyriou (CIP)               4-6  2-6

Fid-Doubles Irġiel Semi Finali kellna dawn ir-riżultati:

Axiaq  Camilleri tilfu kontra Couillard Oger ta’ Monaco 1-6 3-6     

Ritratti tal-atleti tat-Tennis ikunu ppublikati il-Ġimgħa. 

 

 





1 Comment

  1. 123 says:

    prosit….a great representation of maltas efforts……..well done to all athletes

    [Reply]

Leave a comment