Fi tmiem il-ġimgħa ssir it-tieni edizzjoni tal-Forum Nazzjonali tal-iSports

Thursday, October 25, 2018, 14:07

Nhar il-Ġimgha 27 u s-sibt 28 ta’ Ottubru Sport Malta se tkun qed torganiżża t-tieni edizzjoni tal-Forum Nazzjonali tal-iSport. It-tema tal-forum se tkun ‘Lejn twaqqif professjonali’ u se jittella’ fil-lukanda The Palace tas-Sliema.

Dan il-forum se jservi sabiex organiżżazzjonijiet sportivi jiddiskutu bejniethom temi relatati mal-isport filwaqt li jaqsmu ideat u r-realtajiet li jiltaqgħu magħhom fid-dixxiplini rispettivi.

Fl-istess ħin se titwassal informazzjoni fuq suġġetti varji, b’mod speċjali dwar ideat innovattivi fuq kif jista’ jittejjeb il-livell tal-isport f’pajjiżna, il-kummerċjaliżżazzjoni tal-faċilitajiet sportivi u l-ħidma tal-akkademji sportivi.

Se tigi indirizzata wkoll l-importanza ta’ kollaborazzjoni  kontinwa u parallela bejn il-partijiet interessati fil-qasam sportiv.

Il-forum se jkun indirizzat minn kelliema lokali u anke barranin li se jaqsmu l-esperjenza tagħhom fil-qasam sportiv.

Il-ftuħ tal-forum se jsir il-Ġimgha fil-ħamsa ta’ filgħaxija mis-segretarju parlamentari għaż-żagħzagħ, sports u organiżżazzjonijiet volontarji Clifton Grima.

https://www.youtube.com/watch?v=wyTSEen2FoE

 

 

 

 

 

 





Leave a comment