Fgura jippreżentaw l-iskwadra

Sunday, September 15, 2013, 10:15

minn Robert Busuttil


F’attivita’ mtella fis-sala tal-każin tal-Fgura United FC, ġiet ippreżentata l-iskwadra għall-istaġun 2013/14 li ser tkun qegħda tilgħab fil-kampjonat Nazzjonali tat-Tieni Diviżjoni.

Il-President ta’ Fgura FC, Lawrence Bugeja, indirizza lill-membri u partitarji preżenti fejn qal li wara li t-team stabilixxa ruħu fit-Tieni Diviżjoni, l-għan tal-kumitat kien li t-team jibqa kompettitiv biex jirripetti jew jtejjeb l-istaġun pożittiv li għadda.

Il-ħidma tal-kumitat, speċjalment tat-Team Manager Anthony Gafa’ flimkien mal-Coaching Staff il-ġdid kienet waħda frenetika sabiex tissaħħaħ l-iskwadra u jsiru rtokki fuq l-istaġun passat. Il-Coaching staff għal dan l-istaġun hu ffurmat minn Ramon Zammit, Herman Bugeja u Mark Vella, lkoll friski mir-rebħ tal-promozzjoni għall-Ewwel Divizzjoni mal-klabb ta’ St. George’s FC.

Il-klabb akkwista b’mod permanenti lil goalkeeper Brandon Bartolo minn ma’ Żebbuġ Rangers wara l-istaġun pożittiv li għamel b’self mal-Club. Miegħu ser ikollu lil Warren Bianco, li rritorna mal-Club wara li għamel staġun misluf lil Kalkara u l-gowler Shaun Cardona li jinsab fuq il-kotba ta’ Fgura FC.

Fid-difiża flimkien mal-esperjenza tal-veteran Robert Adami ġew ikkonfermati wkoll John Debattista li kien misluf mingħand Ħamrun Spartans  u Philip Chircop li kien ukoll b’self ma’ Sta. Venera L . Ġew akkwistati wkoll Jonathan Bugeja, Quincy Bregman u ż-żagħżugħ Rene Duca, prodott ta’ Hibernians li qatta’ l-istaġun passat ma B’Buga SP.

F’nofs il-ground flimkien ma Matthew Spiteri, iż-żgħażagħ promettenti Nicholas Fenech u Lydon Vella, żdiedu wkoll Glenn Micallef b’self minn ma Sta. Venera L, Iro Curmi (ex-Mqabba), James Shead, prodott ta’ Tarxien R li kien misluf ma Siġġiewi l-istaġun passat, ż-żagħżugħ ex-M’Xlokk Darren Attard u Christian Vella ex-Għargħur.

L-attakkanti fuq il-kotba tal-Fgura United FC għal dan l-istaġun huma Josef Dalli u n-Niġerjani Joseph Okonkwo u Abeeb Abiodun Williams. Okonkwo zgur li m’għandu ebda bżonn ta introduzzjoni fix-xena lokali peress li fil-passat lagħab fil-kampjonat Premier mat-timijiet ta’ Dingli, Valletta u Floriana.





Leave a comment