Festival tal-Arti Marzjali f’Għawdex

Tuesday, July 26, 2011, 8:02

Fi tmiem il-Ġimgħa l-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ispirit Combat Association u l-Kick Boxing Association organizza edizzjoni oħra tal-Festival tal-Arti Marzjali f’Għawdex. Din l-attività ġiet organizzata għall-ħames sena konsekuttiva wara ssueeessli kellhom l-erba’ edizzjonijiet preċedenti.

F’dan l-avveniment sportiv ħadu sehem 40 parteċipant li kienu ġejjin minn erba’ klabbs – tlieta Maltin u wieħed Għawdxi, li pparteċipaw f’diversi kompetizzjonijiet f’livelli differenti.

Fl-aħħar tal-kompetizzjoni, Gordon Formosa li jattendi l-Ispirit Combat Club ta’ Għawdex, ġie mogħti l-premju tal-aqwa parteċipant Għawdxi għas-sena 2011.

Sadanittant fil-jiem u fix-xhur li ġejjin, il-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex ser ikun qed jospitaseminars mill-Klabb tal-Karate f’Għawdex li ser jitrattaw kemm teorija kif ukoll prattika. L-ewwel seminar ser isir nhar is-Sibt li ġej fejn is-sessjonijiet dwar it-teorija ser ikunu jinkludu tagħrif dwar il-protezzjoni, li wieħed jifhem x’hemm wara moħħ il-kriminal, il-lingwa tal-ġisem, id-difiża u l-liġi.

Dawk tal-prattika ser jitrattaw fost l-oħrajn kif wieħed jipproteġi l-ispazju personali tiegħu u ddifiża kontra hold-ups bis-skieken.

Seminar ieħor li ser isir fit-30 ta’ Ottubru 2011 ser jitratta fost l-oħrajn sitwazzjonijiet ta’ difiża personali u titjib tar-reazzjonijiet naturali. Dawn il-korsijiet huma mmirati fost l-oħrajn għal dawk li jaħdmu bħala uffiejali tas-sigurtà.





Leave a comment