Felipe Augusto de Oliveira ta’ Kerċem Ajax rebbieħ tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019

Thursday, February 21, 2019, 12:32

Felipe Augusto de Oliveira ta’ Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019.

L-attakkant Brażiljan ingħaqad ma’ Kerċem fil-bidu tal-istaġun u minbarra li skorja f’7 partiti minn 11, huwa jgħin biex tingħata spinta lid-difiża tat-tim tiegħu u huwa wieħed minn dawk li jaħdmu l-aktar f’nofs il-grawnd fil-Kampjonat BOV ġewwa Għawdex.

L-isforz ta’ Kerċem biex jevitaw ir-relegazzjoni ġie sostnut b’sodisfazzjon mit-3 punti li ħadu bir-rebħa tagħhom ta’ 3-1 fuq SK Victoria Wanderers fejn Felipe skorja 2 gowls, b’wieħed minnhom jingħata l-appoġġ mill-istazzjonijiet tat-TV Brażiljani biex jiġi nnominat għall-unur tal-FIFA Puskas. Hekk kif lemaħ lill-gowler tat-tim avversarju barra minn postu, Felipe permezz ta’ lob meta kien lil hinn mil-linja ta’ nofs il-grawnd issiġilla l-ewwel rebħa tagħhom tal-istaġun.

Felipe jemmen bis-saħħa li t-tim tiegħu għandu l-potenzjal li jevita r-relegazzjoni f’dan l-istaġun u li jżomm postu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol f’Għawdex.

Horace Laudi, Uffiċjal Kap tal-Personal Banking fil-Bank of Valletta ppreżenta lill-plejer bit-trofew tal-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019. Il-plejer għażel lill-Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.





Leave a comment