Feġġet il-qawsalla mill-ġdid

Sunday, September 29, 2013, 13:24
minn Stephen Azzopardi
Feġġet il-qawsalla mill-ġdid fuq Il-Victor Tedesco Stadium meta Tarxien għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 3-1.
B’hekk issa Tarxien Rainbows sabu ruħhom ma’ Naxxar Lions u Vittoriosa Stars fis-sitt post tal-klassifika.  Minn naħa l-ohra, Balzan baqgħu fid-disa’ post u kellhom isofru r-raba’ telfa konsekuttiva.
Tarxien kellhom neqsin lil Manuel Caruana u lil Jorge Santos Silva li kien sospiż.  Balzan kellhom neqsin , lil Firas Aboulezz u Luke Sciberras.
Tarxien Rainbows fetħu l-iskor fid-39 minuta meta difensur Balzaniż mess il-ballun b’idu fil-kaxxa minn cross ta’ Everton Souza Santos.  Ir-referee Mario Apap ordna l-penalty u Ronaille Calheira Seara ma jfallihx.
Fis-56 minuta Tarxien irduppjaw l-iskor.  Il-gowler Balzaniż Dani Miguelez laqa’ l-ewwel tentattiv ta’ Justin Grioli iżda ma għamilx l-istess ma’ Carlo Mamo.
Fit-62 minuta wasal l-uniku ta’ Balzan.  Ix-xutt ta’ Lydon Micallef kien milqugħ parzjalment u l-ballun ġie f’saqajn Luis Armario Negrin li li tefa l-ballun fix-xibka.
Fid-90 minuta Ronaille Calheira Seara għalaq din ir-rebħa meta b’xutt mill-viċin għeleb għall kollox lil Miguelez.
TARXIEN: Nicky Vella, Carlo Mamo, Fernando Lopez Alcantara Andrew Agius, Luca Martinelli, Marko Potezica, Ronaille Calheira Seara, Miguel Ciantar (89′ Karl Pulo), Everton Souza Santos (90′ Steve Sadowski), Josef Mifsud, Steven Bonnici (85′ Ryan Sammut).
Riservi mhux utilzzati: Anthony Curmi, Silas Caruana, Matthew Cassar, Luke Zahra.
Kowċ: Clive Mizzi
BALZAN: Daniel Miguelez Martinez, Steve Bezzina (70′ Godwin Mackay), Gianluca Calabretta, Ryan Darmanin, Dylan Grima, Justin Grioli, Jose Luis Armario Negrin, Rodrigo Frank Pereira, Andrew Scicluna, Mark Spiteri (57′ Lydon Micallef), Fabio Vignaroli.
Riservi mhux utilzzati:  Michael Falzon, Aaron Agius, Michael Borg, Shaun Bugeja, Andrew Cassar.
Kowċ: Riccardo Tumiatti
Referee: Mario Apap
Assistenti Referees: Ingmar Spiteri, Paul Apap
Additional Assistant Referees:
Ir-Raba’ Ufficjal: Trustin Farrugia Cann
Karti Sofor: Ciantar, Pereira
Skurjaw: 39′ Ronaille Calheira Seara pen (T); 56′ Carlo Mamo (T); 62′ Jose Luis Armario Negrin (B)
BOV Player tal-logħba: Everton Souza Santos
Attendenza fil-Victor Tedesco Stadium: 273
 




Leave a comment