FC Minsk jeliminaw lil Valletta mill-Europa League

Friday, July 26, 2013, 9:01

Minn Stephen  Azzopardi

Wara d-draw ta’ 1-1 f’Ta Qali, fl-Istadium Torpedo ta’ Zhodino ġewwa l-Belarus, FC Minsk għelbu lil Valletta FC bl-iskor ta’ 2-0.

Fil-bidu tal-partita Valletta ppruvaw jkunu inċisivi meta sew Denni kif ukoll Obaje kellhom ix-xuttijiet tagħhom li ġew ibblukati.  Wara n-nofs siegħa logħob il-gowler Belti Marino kellu jagħmel minn ta’ l-anqas żewġ interventi biex l-iskor ma nfetaħx f’din l-ewwel taqsima.  Fl-40 minuta Hamza għal Valletta kien viċin imma ma rnexxilux jikkonkludi kif xtaq.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, Valletta wettqu bidla meta daħal Bajada minflok Azzopardi.  Fit-53 minuta wasal l-ewwel gowl għal Minsk permezz ta’ Vasilyuk.  Kien hawnhekk li l-gowler Marino ġie mogħti l-karta s-safra mir-referee Bulgaru Alexander Kostadinov.  B’reazzjoni għal dan il-gowl Briffa u Hamza raw l-okażżjonijiet tagħhom li sfaw fix-xejn.  Fis-60 minuta, Minsk għamluhom 2-0 permezz ta’ Kibuk.  Matul il-bqija tat-tieni taqsima Valletta wettqu diversi bidliet.  Fid-69 minuta Antoneli daħal minflok Caruana u fis-77 minuta Zammit ħa post Obaje.

Għalhekk FC Minsk għaddew għar-rawnd li jmiss b’aggregate ta’ 3-1.  Ilbieraħ ukoll St. Johnstone eliminaw lil Rosenborg b’aggregate ta’ 2-1 sabiex jaffrontaw lil FC Minsk fit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni Europa League.





1 Comment

  1. Joseph l bolla says:

    Ahjar dawk l rjus kbar li hemm fil kumitat idabbru rasom ekk ma jifmhux fil football. Kif nistghu nikompetu kull sena barranin tal qamel?? Anki l moffa li mandomx 1c ghandom barranin ahjar minna!! Missek tisthi sur vic and co..

    [Reply]

Leave a comment