Farrugia Sacco sodisfatt u jemozzjona ruħu waqt Konferenza Stampa

Thursday, June 2, 2011, 20:28

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għal Melita Sports.

Għandna teżor bl-atleti tagħna – Farrugia Sacco

Viżibilment emozzjonat, il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti l-Imħallef Farrugia Sacco qal li jinsab ferm kuntent hekk kif issa qbiżna n-nofs ta’ dawn il-logħob. Hu faħħar ħafna l-atleti Maltin li hawn f’Liechtenstein u faħħarhom għall-mod professjonali li biħ qedgħin jikkompetu fil-kompetizzjonijiet rispettivi.

“Nixtieq nuri l-apprezzamt tiegħi lill-atleti kollha li s’issa għamlulna unur billi rebħu xi midalja fejn ovvjament anke llum għandna konfermali irbaħna żewġ midalji tad-deheb u sa fl-aħħar se nisimgħu l-innu Malti hawn f’Liechtenstein”.

Farrugia Sacco qal li s’issa dawn il-logħob taw il-frott mixtieq minħabba l-fatt li għandna żgħażagħ f’dan il-kontinġent li wkoll rebħu midalji fejn semma fost l-oħrajn lil Jessica Pace u anke lil Daniel Bajada tat-Table Tennis. Wara li rringrazzja bid-dmugħ f’għajneh lill-players u lid-diriġenti tal-Isquash tas-suċċess li għamlu u tenna li l-poplu Malti issa għandu konferma anke jekk il-logħob għad fadallu jumejn li l-atleti tagħna li telgħu hawn kienu verament ippraparati sew.

Il-President tal-KOM irrimarka wkoll li kien jinsab verament sodisfatt bl-għażla li Brad Hindle Deguara kien l-atleta li ġarr il-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ għaliex skond l-Imħallef, Brad hu atleta eżemplari u ddeskrivieħ bħala djamant.

Waqt il-laqgħa mal-media lokali ġewwa Vaduz, tkellem Joe Cassar Segretarju Ġenerali tal-KOM li qal li qed jesperjenza atmosfera pożittiva fi ħdan il-kontinġent għaliex qed tirrenja atmosfera ta’ għaqda u kulħadd jagħti s-support lil xulxin.

Minn naħa tiegħu Mark Cutajar Chef de Mission tal-kontinġent Malti qal li il-bilanċ f’nofs dawn il-logħob hu iktar milli sodisfaċenti permezz ta’ total sabiħ s’issa ta’ żewġ midalji tad-deheb, sebgħa fidda u ħamsa bronż. “Barra minn dawn fadal possibilita’ kbira ħafna ta’ iktar midalji fejn Cutajar qed jaspira li nitilgħu fuq il-podju anke f’iktar dixxiplini fosthom fl-Atletika u Squash fl-individwali.

Cutajar tenna “Konna wkoll sfortunati fil-Beach Volley li wara li ilħaqqna l-aspettattivi tagħna tilfna b’nuqqas ta’ esperjenza kontra l-Lussemburgu, iżda ninsab ferħan bil-prestazzjoni ta’  Zarb u Borg”  Hu żied jgħid ukoll li dawn il-logħob immarkaw tragward storiku fl-Għawn fejn irbaħna għall-ewwel darba midalji f’din id-dxxiplina.

B’referenza għall-atleti taċ-Ċikliżmu Cutajar tenna li hu ma kienx kuntent bir-riżultat tagħhom minkejja wirja qalbiena fit-Time Trial tal-Erbgħa filgħodu. “Ovvjament l-iktar li jien iddiżapuntat hu b’Dave Millar li tradixxa lilna u lil sħabu ċ-ċiklisti Maltin wara li kien wegħdna li se jiġi u bidel fehmtu”

Il-Protest dwar Diane Borg mhux milqugħ

Intant sar magħruf li l-protest li sar minn Malta dwar il-Finali li fiha kienet involuta Diane Borg fejn daħlet it-tieni ma ġiex aċċetat. Borg kienet allegat li l-atleta ċ-Ċiprijitta li daħlet qabilha daħlet ġo fiha u żbilanċjata fl-aħħar għaxar metri. B’hekk Diane Borg iktar tard il-Ġimgħa se tkun ippreżentat bil-midalja tal-Fidda wara li ma kinietx saret il-preżentazzjoni wara il-finali tal-100 metru tan-Nisa.





1 Comment

  1. Fred says:

    “Ghandna Tezor bit talent taghna”  - ijwehe ara kemm hlew flus bix igibu ghawwiema barranin bix jaqaw ac cajt, jew xi ciniz fil ping pong.  Malta dejjem listess!

    [Reply]

Leave a comment