Farrugia jilgħab kontra Franza, Ċina u Ġermanja fit-tieni fażi

Thursday, September 30, 2010, 15:57

David FarrugiaIllum wara nofsinhar telgħu l-poloz tat-tieni fażi tal-Kampjonati tad-Dinja tar-Raffa li qed jintlagħbu f’Ruma, l-Italja. Il-player Malti David Farrugia tela’ biex jilgħab fi Grupp A kontra r-rappreżentanti ta’ Franza, iċ-Ċina u l-Ġermanja f’din it-tieni fażi fejn il-players tqassmu f’erba’ gruppi ta’ erba’ players kull grupp. Ir-rebbieħ ta’ kull grupp jgħaddi għas-semi-finali. Il-logħob f’din it-tieni fażi jista’ jibda jintlagħab il-lejla stess u jintemm kollu għada l-Ġimgħa.
 
David Farrugia mistenni jilgħab l-ewwel logħba tieghu kontra ċ-Ċiniz Wei Li. Iż-żewg players l-oħra fi Grupp A huma Eddy Rouault (Franza) u Carlo Gambarella (Ġermanja).
 
Il-player Taljan Gianluca Formicone, li huwa s-seed numru 1, se jilgħab fi Grupp D ma’ Davide Bianchi (Svizzera), Dusan Veselinovic (Serbja) u Beniamino Di Zio (S. Afrika).
 
Iż-żewg gruppi l-oħra huma ffurmati minn dawn il-players:
 
Grupp B – Nicola Natale (Awstrija), Cezary Nowakowski (Polonja), Raul Basualdo (Argentina) u Rafael Vanz Borges (Brazil)
Grupp C – Ignacio Centurion (Paragwaj), Jorge Moreno (USA), Peter Kecskes (Ungerija) u Rodolfo Galvez (Cili).
 
Il-parteċipazzjoni ta’ David Farrugia f’dawn il-Kampjonati tad-Dinja qed isseħħ grazzi għall-inizjattiva tal-Kumitat Olimpiku Malti, filwaqt li l-kit tiegħu huwa sponsorjat minn Full Marks Sporting tal-Fgura.





1 Comment

  1. darlene says:

    awguri lil david nispera li jigi lura bil-midalja tad-deb darlene

    [Reply]

Leave a comment