Falzon rebbieħ tal-SKSM Trophy

Tuesday, May 6, 2014, 11:56

Numru konsiderevoli ta atleti mill-iskola SKSM Karate Malta, ikkompetew flimkien ghall-aktar trofew prestigjuz li din l-iskola toffri, dak tal-“SKSM Kata Challenge Cup”.   Din kienet is-sittax il-edizjoni ta dan it-trofew, fejn ghall-sittax  il-sena shah dan it-premju jkun mizmum minn rebbieha differenti.    Din is-sena kien hemm numru konsiderevoli ta applikazzjonijiet f’ kategoriji differenti, fejn ir-rebbieha tal-ewwel u t-tieni post ta kull kategorija jergaw jikkompetew kontra xulxin biex jigi stabilit ir-rebbieh finali.  L-ahhar kategorija dik tal-“Open Overall Category” kien hemm total ta tmintax il-atleta.

Ir-rebbieh ta din is-sena kien Jonathan Falzon, li sab quddiemu sfidi qawwijja minn kompetituri bhalu li ma hallewx triq facli.  Bhal kull atleta iehor mill-SKSM, huwa ta wirjiet tajbin hafna biex b’hekk seta jakkumula l-akbar ammont ta punti mghotija mill-gurija prezenti.  Falzon, rebah total ta zewg Kategoriji, dik tac-cinturini kanella u propju l-akbar kategorija dik tal-“Overall”.  Fit-tieni post spicca wiehed mill-aktar sfidanti favoriti,  Gilbert Mangion, segwit minn Adrian Vella, Amber Camilleri u Luke Chen.   Ghal Falzon, din kienet l-ewwel  darba li naqqax ismu fuq dan it-trofew prestigjuz, u b’hekk rebah dan l-unur, fejn fis-snin l-imghoddija dejjem kien jispicca jokkupa t-tieni post.

Il-gurija kienet immexxija mill-ufficjal tal-SKSM Lucienne Galea, bl-ghajnuna ta gurati ohra  li bhalissa ghaddejjin minn tahrig kontinwu f’dan il-qasam.  Chris Galea, kap ta l-iskola SKSM Karate Malta, wera s-sodisfazzjon tieghu ghall-livell miksub f’dan l-avveniment li ta pjacir bil-kbir permezz ta wirjiet mill-isbah lill-udjenza prezenti.

Wara din l-attivita, fi ftit granet ohra, membri mill-istess skola SKSM  se jkunu qed jikkompetu gewwa Londra, fl-Ingilterra.    SKSM giet mistiedna wara r-rizultati tajba li qed ikollha f’kompetizzjonijiet Internazzjonali barra minn Malta.  Aktar avvenimenti huma mnizzla fil-kalendarju ta SKSM,  f’aktar pajjizi sal-ahhar ta din is-sena fosthom Italja, Rumanija, Skozzja, Ingilterra, Germanja u Polonja.

Ghal aktar informazzjoni fuq SKSM KARATE MALTA u l-opportunitajiet li tghati din l-iskola lil istudenti taghha wiehed jista jzur is-sit www.sksmalta.com jew fuq facebook:  Malta Karate SKSM  jew icempel fuq 2145 3706 jew 7953 7924

 





Leave a comment