- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Falken Tyres Virtus champions bla telfa

Posted By sportinmalta1 On March 22, 2016 @ 7:32 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL U/23 Irġiel

minn Colin Schembri

Falekn Tyres Virtus 107

Depiro 87

(21-28)(27-15)(32-21)(27-23)

Falken Tyres Virtus rebħu l-kampjonat ta’ taħt it-23 sena tal-irġiel għat-tieni sena konsekuttiva u reġgħu għamlu dan mingħajr telfa. Fi tmiem ta’ partita mill-isbaħ huma għelbu lil Depiro 107-87 bil-players Jacob Formosa u Chris Santo jaqsmu bejniethom xejn anqas minn 70 punt. Depiro kellhom l-isfortuna li fis-semifinali kontra Luxol li rebħu 89-69 tilfu lil Kurt Xuereb b’injury. Virtus minn naħa tagħhom waslu sal-finali meta għelbu lil Hibernians 98-57. Matul l-istaġun regolari, Virtus kienu għelbu darbtejn lil Depiro 74-69 u 70-69. Il-partita fetħet bil-punti ta’ Depiro mill-Amerikan Michael Nwelue bil-Virtus jirrispondu permezz ta’ Santo u trippla ta’ Formosa. Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ minn Timothy Zammit minkejja li Virtus reġgħu resqu viċin bi trippla ta’ Robert Bonnici. Depiro għalqu l-ewwel taqsima bi break ta’ 8-2 biex fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 28-21. Virtus ma damux biex innewtraliżżaw dan l-iżvantaġġ għax bdew it-tieni taqsima bi break ta’ 12-0 u ġaladarba marru fuq quddiem qatt ma reġgħu sabu ruħhom minn taħt. Huma kellhom il-punti ta’ Santo u Alec Felice Pace qabel ma Depiro waqqfuhom bi trippla ta’ Zammit. Virtus komplew b’run oħra ta’ 12-4 flimkien ma’ trippla minn Formosa biex daħlu jistrieħu 48-43 minn fuq hekk kif għal Depiro kien Nwelue li żammhom viċin.

Wara l-intervall il-punti ta’ Santo u Formosa komplew ġejjin b’mod regolari għal Virtus. Wara l-punti minn Nwelue għal Depiro, Virtus żiedu l-vantaġġ bi trippli minn Felice Pace, Thomas Grech u Bonnici u minkejja żewġ three pointers ta’ Zammit għal Depiro, il-vantaġġ ta’ Virtus kiber għal 14 –il punt 80-64 fi tmiem it-taqsima. Virtus bdew l-aħħar taqsima bi break ta’ 9-2 bi trippla ta’ Formosa. Depiro rrispondew għal punti ta’ Virtus però ma kienx biżżejjed għaliex Virtus għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Santo u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 107-87 biex rebħu l-kampjonat bla telfa. Fi tmiem il-partita, l-President tal-MBA Paul Sultana, ppreżenta t-trofew lil Robert Bonnici ta’ Virtus.

Falken Tyres Virtus: Anthony Schembri, Luca Vella, Robert Bonnici 15, Mirko Azzopardi, Clive Schembri, Miguel Falzon 4, Alec Felice Pace 9, Owen Psaila, Jacob Formosa 32, Quentin Bugeja, Chris Santo 38, Thomas Grech 9.

Depiro: Josef Attard 4, Myron Agius, Jonathan Camilleri, Darryl Schembri 10, Nicholas Grech 14, Timothy Zammit 23, Andy Attard, Daniel Farrugia, Matthew Borg 2, Micheal Nwelue 34.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani, Christine Farrugia.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/falken-tyres-virtus-champions-bla-telfa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.