Falken Cynergi Virtus u Gżira Athleta jibdew bir-rebħ

Monday, October 12, 2015, 22:39

Hibs 61

Falken Cynergi Virtus 75

(17-18)(11-18)(12-25)(21-14)

Falken Cynergi Virtus bdew l-impenji tagħhom fil-logħob tas-St. James Hospital Shield b’rebħa fuq Hibernians. Ic-champions setgħu finalment jutiliżżaw il-player Amerikan tagħhom Chris Santo wara ftehim bejn il-clubs kollha dwar kwistjoni ta’ reġistrazzjoni. Virtus ħasdu lil Hibs meta bdew il-partita bi break ta’ 14-2 hekk kif fetħu bi trippla ta’ Peter Shoults u komplew bil-punti ta’ Santo, David Bugeja u Thomas Grech. Wara dan il-bidu diffiċli, il-Pawlisti bdew jirkupraw u bil-mod bdew inaqqsu d-distakk hekk kif kellhom il-punti ta’ Fabrizio Mariani u Luke Farrugia bi trioola. Hibs waslu sa punt ‘l bogħod 13-14 qabel ma Shawn Pace kellhu trippla għal Virtus li temmew is-sessjoni punt minn fuq 18-17. Virtus fetħu t-tieni taqsima b’erbgħa baskets konsekuttivi fl-ewwel tlett minuti biex kabbru l-vantaġġ 26-17. Hibs reġgħu wieġbu bil-baskets ta’ Mariani però Santo wkoll wieġeb għal Virtus b’sitt punti oħra. Stefan Vella kellhu trippla għal Hibs però fl-intervall Virtus kienu 36-28 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni, Virtus komplew fejn ħallew hekk kif għaqqdu run ta’ 13-4 b’punti minn Santo u Grech flimkien ma’ trippla ta’ David Camilleri. Hibs kellhom erba’ punti minn Simon Attard qabel ma Virtus komplew bi break ieħor ta’ 12-0 b’Santo u Bugeja jkollhom 4 punti kull wieħed. Fl-aħħar taqsima, Hibs daħu aktar fil-logħba hekk kif kellhom il-punti ta’ Ryan Carabott u Paul Attard b’dan tal-aħħar ikollhu trippla. Hibs hellhom run ta’ 12-2 bi three pointer ta’ Adrian Baldacchino. L-aħħar punti ġew minn Santo u Athony Schembri għal Virtus li rebħu l-partita 75-61.

Hibs: P. Attard 5, M. Houmpton, A. Baldacchino 3, L. Farrugia 4, S. Attard 9, I. Bonett, K. Caruana 6, R. Carabott 12, K. Sultana, S. Vella 3, F. Mariani 19, R. Cortis.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 6, D. Bugeja 12, R. Bonnici, D. Camilleri 3, S. Bonnici,  A. Felice Pace, C. Santo 33, A, Schembri 4,  F. Bartolo 2, P. Shoults 7, T. Grech 8.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

 

Gżira Athleta 66

Pavi Depiro 59

(14-17)(12-14)(23-15)(17-13)

Gżira Athleta wettqu rimonta wara l-intervall biex għelbu lil Pavi Depiro 66-59. Depiro kienu sejrin tajjeb sal-intervall però fit-tielet sessjoni fallew diversi okkażjonijiet faċli u ta’dan pattew qares. Athleta kkontrollaw aħjar lill-Amerikan Michael Nwelue wara l-intervall tant li fit-tielet sessjoni dan għamel biss basket wieħed għalkemm spiċċa bħala l-aħjar rebounder tal-partita b’27 rebound. Depiro bdew b’basket minn Timothy Zammit bl-Athleta jwieġbu b’sitt punti. Depiro komplew b’runt ta’ 10-2 b’żewġ baskets ta’ Nwelue. Athleta kellhom basket minn Adrian Micallef u punti ta’ Roderick Vella però trippla ta’ Zammit fl-aħħar attakk poġġiet lil Depiro fuq quddiem 17-14. Fit-tieni perjodu Athleta ġabu l-iskor indaqs 19-19 però r-risposta ta’ Depiro kienet immedjata bil-punti ta’ Nwelue u trippla ta’ Kurt Xuereb. Atheta kellhom il-punti mill-Amerikan Markus Montague flimkien ma’ Michael Naudi però Depiro daħlu jistrieħu 31-26 minn fuq.

Il-ftuħ tat-tielet perjodu kien bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin bid-Depiro kollhom trippla oħra minn Xuereb. Athleta wieġbu b’run ta’ 15-4 fejn kelhom it-trippli minn Nikolai Lubrano u Vella u l-punti ta’ Montague. Depiro waqqfuhom b’basket ta’ Malcolm Mallia però Athleta temmew it-taqsima minn fuq 49-46. Fl-aħħar sessjono Atheta żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Ivan Buldakov u Montague. Ir-risposa ta’ Depiro ġiet minn żewġ baskets ta’ Darryl Schembri biex reġgħu resqu viċin però Vella kellhu trippla oħra għall-Athleta. Fl-aħħar ħinijiet Depiro ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ però Athleta baqgħu fil-kontroll u ħarġu rebbieħa 66-59.

 

Gżira Athleta: M. Naudi 15, R. Vella 12, F. Mifsud Bonnici, M. Montague 18, M. Giusti, I. Buldakov 6, L. Stefanovic,  A. Micallef 8, J. Wait, S. Vincic, N. Lubrano 7, M. G. Montaldo.

Pavi Depiro: J. Attard, R. Xuereb, D. Schembri 6, A. Aquilina 3, N. Grech, T. Zammit 11, M. Mallia 4, J. Camilleri, K . Xuereb 16, M. Borg 3, M. Nwelue 17.

Referees: Bernard Vassallo,  Alfred Carbonaro, Teemu Helenius





Leave a comment