Falken Cynergi Virtus leaders assoluti bla telfa

Monday, January 18, 2016, 16:58

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 79

Pavi Depiro 61

(14-13)(19-17)(28-15)(18-16)

Bupa Luxol komplew jikkonsolidaw ir-raba’ post tal-klassifika fil-waqt li t-tamiet ta’ Pavi Depiro li jikkwalifikaw għall-play-offs komplew jonqsu hekk kif għadhom mingħajr rebħa fil-kampjonat. Luxol fetħu b’run ta’ 10-0 bi trippla ta’ Jean Paul Bonnici u punti ta’  CJ Cordina u Colt Fason. L-ewwel punti ta Depiro ġew minn Andrew Aquilina u komplew bil-baskets ta’ Michael Nwelue u trippla ta’ Kurt Xuereb. Luxol kellhom basket ieħor minn Cordina u temmew is-sessjoni 14-13 minn fuq. Fason kompla jkabbar il-vantaġġ ta’ Luxol fil-ftuħ tat-tieni sessjoni  bid-Depiro jwieġbu bi trippla minn Aquilina. Luxol komplew b’run ta’ 9-0 bi tlett three pointers minn Cordina, Bonnici u Fason u fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 29-18. Depiro reġgħu rkupraw b’punti minn Nwelue, Xuereb u żewġ baskets ta’ Matthew Borg f’run ta’ 8-2. Wara basket ta’ Fason, Depiro kellhom 4 punti oħra minn Nwelue u Timothy Zammit biex Luxol daħlu jistrieħu 33-30 minn fuq.

Wara l-intervall, Luxol bdew bi trippla ta’ Jean Paul Schembri bi Nwelue jirrispondi għal Depiro. Hawn Luxol kellhom mument mill-aqwa meta għamlu run ta’ 12-0 b’diversi punti ta’ Fason u Marco Mercieca u trippla ta’ Jean Paul Schembri. Depiro finalment wieġbu b’basket ta Xuereb u trippla ta’ Zammit. Il-punti ta’ Luxol komplew ġejjin minn Fason u Cordina u għalkemm Depiro kellhom trippla oħra minn Xuereb, Luxol għalqu t-taqsima b’ħames punti oħra għal skor ta’ 61-45. Luxol bdew l-aħħar taqsima b’run ta’ 9-2 bi trippla oħra ta’ Schembri. L-aħħar sforz ta’ Depiro wassalhom għal run ta’ 14-2 bil-punti ta’ Xuereb, Zammit u Nwelue biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt 61-72. Luxol irkupraw u għalqu l-partita b’seba’ punti konsekuttivi ta’ Fason biex rebħu l-partita 79-61.

Bupa Luxol: CJ Cordina 18, C. Fason 36, J. Willoughby, S. Visser, J. Tabone, J.P. Schembri  11, K. Dimech, M. Mercieca 6, J. Maistre Mellilo, JP Bonnici 6.

Pavi Depiro: J. Attard 2, M. Agius, A. Aquilina 5, N. Grech 3, T. Zammit 7,  M. Mallia, V. Vlachos, K. Xuereb 16, M. Borg 4, M. Nwelue 24.

Referees:  Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

Hibernians 51

Gżira Athleta 90

(17-15)(11-24)(12-22)(11-29)

Gżira Athleta ma taw l-ebda ċans lil Hibernians jirrepetu s-sorpriża li wettqu fit-tazza Louis Borg meta fil-kampjonat ħarġu rebbieħa 90-51 biex saħħew it-tielet post tal-klassifika. Hibs kellhom nieqes lil Marco Matijevic u n-nuqqas tiegħhu inħass speċjalment taħt il-board. Għall-Athleta Julian Wait ħa post Miguel Gauchi Montaldo fil-waqt li l-Olandiż Daan Wiersum weġġa’ qabel il-partita u ma setgħax jieħu sehem. L-ewwel sessjoni tal-partita kienet bilanċjata bl-ebda team ma jirnexxielhu jieħu xi vantaġġ sostanzjali. Hibs kellhom trippla ta’ Luke Farrugia bl-Athleta jwieġbu bil-baskets ta’ Michael Naudi u l-Amerikan Lee Fisher. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin u kellhom ikunu żewġ trippli ta’ Kieron Caruana li taw vantaġġ ta’ 2 punti lil Hibs fi tmiem it-taqsima 17-15. Athleta fetħu tajjeb fit-tieni perjodu u wara li sofrew basket ieħor minn Ryan Carabott, għanlu run ta’ 8-0 b’żewġ trippli minn Billy Zammit u Fisher. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Mariani u trippla ta’ Simon Attard però Athleta komplew iżidu l-vantaġġ b’ħames punti minn Ivan Buldakov u daħlu jistrieħu 39-28 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Athleta komplew isaħħu l-vantaġġ hekk kif bdew b’żewġ trippli minn Nicolai Lubrano u aktar punti minn Naudi u Fisher. Mariani waqqfilhom ir-run  però Naudi u Roderick Vella komplew bil-punti tagħhom biex Athleta fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 61-40. Hibs bdew l-aħħar taqsima b’ħames punti minn Mariani u Carabott iżda r-risposta tal-Athleta kiene qawwija hekk kif huma għamlu run ta’ 17-23 b’Naudi jispikka. Iż-żewġ coaches daħħlu l-players żgħażagħ tagħhom però Athleta komplew iżidu d-distakk meta kellhom trippla ta’ Francesco Mifsud Bonnici. Hibs kellhom l-aħħar punti minn Gabriel Agius biż-żgħażagħ Stefan Vincic u Luca Stefanovic jagħlqu l-partita bl-aħħar żewġ baskets għal Athleta li rebħu l-partita 90-51.

Hibs: P. Attard, M. Houmpton, G. Agius 3, L. Farrugia 7, S. Attard 5, I. Bonett 3, K. Caruana 8, R. Carabott 3, K. Sultana, S. Vella 2, F. Mariani 20, R. Cortis.

Gżira Athleta: M. Naudi 31, R. Vella 4, F. Mifsud Bonnici 3, D. Wiersum, L. Stefanovic 2, I. Buldakov 9, B. Zammit 3, A. Micallef 4, N. Lubrano 11, S. Vincic 2, J. Wait, L. Fisher 21.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Christine Farrugia.

Falken Cynergi Virtus 58

Floriana Cafè Del Mar 52

(14-15)(11-16)(15-13)(18-8)

Ic-champions Falken Cynergi Virtus żammew ir-rekord perfett ta’ dan l-istaġun meta fil-partita li għalqet l-ewwel round tal-kampjonat BOV għelbu lil Floriana Cafè Del Mar 58-52. Bħal ma ġara f’partiti oħra bejn dawn iż-żewġ timijiet, kien fl-aħħar sessjoni li Virtus ħadu l-partita f’idejhom speċjalment b’difiża mill-aqwa u ħallew lil Floriana mingħajr punti fl-ewwel sitt minuti tal-aħħar taqsima. Il-partita bdiet bil-punti ta’ Floriana minn Nigel Sultana, Chad Patus u Lee Ross. Virtus irrispondew bi break ta’ 7-0 bil-punti ta’ Chris Santo, David Bugeja u Robert Bonnici. Floriana kellhom basket u trippla minn Patus però Virtus reġgħu ħadu l-vantaġġ wara seba’ punti oħra fosthom trippla minn Jacob Formosa. Floriana kellhom l-aħħar erba’ punti tal-partita kollha minn free-throws ta’ Sultana għal skor ta’ 15-14. Virtus reġgħu marru minn fuq fit-tieni sessjoni b’punti konsekuttivi ta’ Santo però l-player Amerikan aktar tard kellhu jinbidel wara li kkometta t-tielet foul tieghħu. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Anton Axiaq u Clayton Calleja b’Shawn Pace jagħmel trippla għal Virtus. Floriana għalqu s-sessjoni b’run ta’ 8-0 bil-punti ta’ Patus u Axiaq u daħlu jistrieħu 31-25 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Virtus għamlu run ta’ 9-2 li għalquha bi trippla minn Bonnici qabel ma Patus u Ross għamlu 5 punti oħra għal skor ta’ 40-34. Virtus ġabu l-iskor indaqs wara punti minn Santo u trippla ta’ Bugeja. Patus għamel l-aħħar erba’ punti qabel tmiem is-sessjoni biex Floriana kellhom 4 punti vantaġġ 44-40. Fl-aħħar taqsima, Virtus hasdu lill-avversarji bi break ta’ 11-0 hekk kif b’difiża agressiva ma ħallewx lil Floriana jagħmlu punti fl-ewwel sitt minuti u marru minn fuq. Ir-risposta ta’ Floriana ġiet minn Sultana u Patus però  Formosa żied il-vantaġġ ta’ Virtus. Floriana kellhom trippla minn Patus però Virtus ikkontrollaw u għalqu d-difiża  tagħhom biex għalqu l-partita bil-punti ta’ Bonnici u ħarġu rebbieħa 58-52.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 3, D. Bugeja 10, R. Bonnici 10, L. Sobers, S. Bonnici, J. Formosa 13, A. Felice Pace, C. Santo 17, P. Shoults 5, T. Grech.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 22, D. Borg, L. Ross 8, N. Sultana 10, S. Borg 2, A. Portelli, C. Calleja 4, A. Axiaq 6, A. Micallef Trigona, N. Andrejevic.

Referees: Bernard Vassallo, Teemu Helenius, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Virtus Basket

5

5

0

10

388

310

Floriana Cafe Del Mar

5

4

1

9

366

315

AtoZ Electronics Athleta

5

3

2

8

390

333

Bupa Luxol

5

2

3

7

353

372

Hibs

5

1

4

6

304

381

Pavi Depiro

5

0

5

5

265

355





Leave a comment