Falken Cynergi Virtus jikkwalifikaw u Pavi Depiro eleminati

Monday, October 19, 2015, 19:01

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD – IRĠIEL

Falken Cynergi Virtus 76

Floriana Cafè Del Mar 68

(15-16)(26-14)(16-16)(19-22)

L-ewwel konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet kienet il-finali tat-tazza tal-Indipendenza meta Falken Cynergi Virtus kisbu l-ewwel tazza tal-istaġun tagħhom. Minn dakinhar Floriana żiedu lil Anton Axiaq fil-formazzjoni tagħhom madankollu Virtus xorta kisbu t-tieni rebħa tagħhom li poġġiethom direttament fis-semi-finali. Floriana kellhom l-ewwel basket tal-logħba madankollu Virtus wieġbu b’run ta’ 13-0 b’baskets minn David Bugeja, Robert Bonnici u trippla ta’ Shawn Pace. Floriana biddlu d-difiża u dan għenhom biex jirkupraw meta kienu huma li għamlu break ta’ 14-2 bi trippli minn Lee Ross u Nikola Vasovic flimkien ma’ Chad Patus. Floriana irnexxielhom itemmu s-sessjoni fuq quddiem 16-15. Fit-tieni sessjoni, is-shooters ta’ Virtus għaddew minn mument mill-aqwa b’David Camilleri jagħmel tlett three pointers flimkien ma’ tnejn oħra minn Bugeja biex fetħu vantaġġ tajjeb 36-27. Għalkemm Vasovic kellhu trippla għal Furjaniżi, Chris Santo kellu l-aħħar punti għac-Champions biex daħlu jistrieħu disgħa minn fuq 41-30.

Wara l-intervall, Floriana fetħu b’run qasira ta’ 6-2 bi trippla ta’ Lee Ross. Virtus wieġbu b’mod qawwi meta għamlu run oħra ta’ 10-0 inkluż trippla ta’ Bonnici. Floriana irkupraw u  sa’ tmiem is-sessjoni għamlu run ta’ 9-3 run iżda c-champions kienu għadhom fuq quddiem 57-46. Fl-aħħar perjodu, l-aħħar sforz ta’ Floriana wassalhom biex jagħmlu żewġ runs qosra madankollu Virtus kienu dejjem fil-kontroll. Iż-żewġ naħat kellhom free-throws fl-aħħar minuta biex Virtus spiċċaw il-partita b’basket ta’ Alec Felice Pace biex rebħu l-partita 76-68.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 8, D. Bugeja 18, R. Bonnici 15, D. Camilleri 9, S. Bonnici,  A. Felice Pace 2, C. Santo 18, A, Schembri, F. Bartolo, P. Shoults 1, T. Grech 5.

Floriana Cafè Del Mar: K. Xuereb, D. Borg, L. Ross 12, C. Patus 18, S. Borg, A. Portelli, N. Vasovic 22, C. Calleja 4, A. Axiaq 10, O. Shamala, N. Andrejevic 2.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Pavi Depiro 42

Bupa Luxol 63

(7-13)(11-8)(8-19)(16-23)

Fit-tieni partitaBupa Luxol għamlu d-debutt tagħhom wara l-logħob tal-pre-season tournament. Il-logħba kellha bidu kwiet ħafna speċjalment fis-shooting b’diversi żbalji fuq iż-żewġ naħat. Luxol madankollu kellhom lill-Amerikan Colt Fason f’burdata mill-aqwa hekk kif hu kellhu total ta’ 40 punt minn 63. Depiro kellhom lil Timothy Zammit nieqes u Luxol kellhom ir-ritorn feliċi ta’ Marco Mercieca wara l-injury serja li kellhu fil-bidu tal-istaġun li għadda. Il-bidu tal-logħba kien wieħed kajman ħafna tant li Depiro kienu 3-2 minn fuq wara trippla minn Andrew Aquilina. Jean Paul Bonnici wkoll kellhu trippla għal Luxol flimkien mal-punti minn Fason biex Luxol temmew l-ewwel sessjoni 13-7 minn fuq. Depiro bdew it-tieni perjodu bi tliet baskets konsekuttivi fl-ewwel 2 minuti. Il-punti kollha ta’ Luxol f’din it-taqsima ġew kollha minn Fason biex Luxol kienu 21-18 minn fuq fil-intervall.

Wara l-half time, Depiro irnexxielhom idawru l-iskor wara trippla minn Aquilina. Dan kien l-aħħar l-vantaġġ tagħhom fil-logħba hekk kif minn hemm ‘l quddiem Luxol għamlu run qawwija ta’ 17-2 b’punti kontinwi minn Fason flimkien ma’ Stefan Cappello biex marru fuq quddiem 40-26. Luxol żiedu l-vantaġġ tagħhom fl-ewwel minuti tal-aħħar taqsima b’run oħra ta’ 8-2 bi trippla minn Jean Paul Schembri. Sa’ tmiem il-logħba ż-żewġ naħat kellhom il-punti tagħhom iżda Luxol kellhom vantaġġ li aċċerthom mir-rebħa hekk kif Fason kompla jżid il-punteġġ personali tiegħu. Kien hemm ħin ukoll għaż-żgħażagħ Sky Visser u Jamie Maistre Bonello fl-aħħar sekondi tal-logħba hekk kif Luxol rebħu l-partita 63-42. Huma issa jiffaċċjaw lil Gżira Athleta fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla biex ikun determinat ir-rebbieħ ta’ Pool 2.

Pavi Depiro: J. Attard 2, D. Farrugia, R. Xuereb, D. Schembri 2, A. Aquilina 11, N. Grech 3, M. Agius,  M. Mallia, M. Agius, K . Xuereb 8, M. Borg 1, M. Nwelue 1.

Bupa Luxol: CJ Cordina 2, C. Fason 40, J. Willoughby 3, S. Visser, J.P. Schembri 3, J. Maistre Bonello, T. Paris, M. Mercieca 2, J.P. Bonnici 3, S. Capello 10.

Referees: Bernard Vassallo,  Gordon Barbara, Teemu Helenius





1 Comment

  1. Laurence Agius says:

    Well done boys

    [Reply]

Leave a comment