Falken Cynergi Virtus jerbħu r-raba’ unur tagħhom tal-istaġun

Wednesday, February 10, 2016, 22:17

TAZZA LOUIS BORG – IRĠIEL – FINALI LEG 2

minn Colin Schembri

Floriana Cafè Del Mar 77

Falken Cynergi Virtus 67

(8-15)(19-10)(19-27)(31-15)

Aggregate: 136-164

Ic-champions Falken Cynergi Virtus rebħu r-raba’ unur tagħhom dan l-istaġun meta kisbu l-ewwel suċċess tagħhom fit-tazza Louis Borg. Huma rebħu b’aggregate ta’ 164-136 hekk kif fit-tieni leg tal-finali kienu Floriana Cafè Del Mar li rebħu l-partita 77-67. Ir-rebħa kbira li kellhom Virtus fl-ewwel leg (97-59) naqqset xi ftit mill-intensita f’din il-partita però Floriana offrew prestazzjoni ferm aħjar minn dik li kellhom fl-ewwel logħba. Huma għamlu dan minkejja li tilfu lil Chad Patus lejn tmiem l-ewwel sessjoni. Ic-champions minn naħa l-oħra kienu ċerti mir-rebħa u l-coach Paul Ferrante ta ħin fuq il-court lill-players kollha. Virtus fetħu l-partita bi three pointers minn Shawn Pace, Peter Shoults u David Camilleri. Huma fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 15-8 fi tmiem l-ewwel taqsima hekk kif Floriana kellhom il-punti ta’ Lee Ross u Nigel Sultana. Fit-tieni taqsima, Floriana bdew b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Ross biex għamlu l-iskor indaqs però Virtus malajr irrispondew bi break ta’ 8-2 bi trippla ta’ Jacob Formosa. Hawn Floriana għamlu run ta’ 10-0 b’punti minn Anton Axiaq, Sultana u Ross li kellhu wkoll trippla biex daħlu jistrieħu 27-25 minn fuq.

Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin bil-Virtus jieħdu vantaġġ wara trippli ta’ Robert Bonnici u Alec Felice Pace. Floriana rkupraw u kellhom il-punti ta’ Sultana flimkien ma’ Sean Borg u marru 3 minn fuq 42-39. Hawn ic-champions reġgħu għamlu run oħra ta’ 10-0 li għalquha bi trippla oħra ta’ Felice Pace. Huma għalqu s-sessjoni bi three pointer ta’ Camilleri għal skor ta’ 52-46. L-aħħar taqsima fetħet bi trippla oħra ta’ Camilleri biex Virtus kabbru l-vantaġġ. Hawn iżda Floriana kellhom mument mill-aqwa bi break ta’ 14-0 bi trippla ta’ Nikola Vasovic u l-punti ta’ Sultana u Ross. Virtus wieġbu permezz ta’ Chris Santo però punti konsekuttivi ta’ Vasovic ħallew lil Floriana fuq quddiem. L-aħħar sforz ta’ Virtus wassalhom sa’ ħames punti ‘l bogħod mill-avversarji però Floriana għalqu l-partita bil-punti ta’ Ross biex ħarġu rebbieħa 77-67 bil-Virtus jerbħu t-tazza bl-aggregate. Fi tmiem il-partita il-President Emeritus tal-MBA is-Sur Louis Borg ippreżenta t-trofew lil captain Peter Shoults fost il-ferħ tal-klan ta’ Virtus.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus, L. Ross 25, N. Sultana 17, S. Borg 2, A. Portelli 7, N. Vasovic 13, C. Calleja, A. Axiaq 9, A. Micallef Trigona 4, N. Andrejevic.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 3, D. Bugeja 2, R. Bonnici 5, D. Camilleri 9, S. Bonnici, J. Formosa 18, A. Felice Pace 6, C. Santo 21, L. Sobers, F. Bartolo, P. Shoults 3, T. Grech.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/mpcphotographers/?fref=ts





Leave a comment