Falken Cynergi Virtus champions għat-tieni sena konsekuttiva

Monday, April 18, 2016, 22:26

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Floriana Cafè Del Mar 70

Falken Cynergi Virtus 80

(15-15)(13-25)(19-23)(23-17)

Falken Cynergi Virtus ikkonfermaw ruħhom bħala c-champions tal-basketball lokali wara li rebħu wkoll it-tielet partita tal-finali biex żammew it-titlu għat-tieni sena konsekuttiva. Virtus rebħu seba’ unuri f’dawn is-sentejn minn massimu ta’ tnax u dan l-istaġun rebħu ħames unuri u kienu finalisti telliefa fis-sitt waħda. Virtus urew logħob sabiħ tul l-istaġun u l-arma tal-veloċita kienet fatali għall-avversarji tagħhom. Il-fast breaks spikkaw anke fil-partita tal-bieraħ fejn Floriana ma setgħhux ilaħħqu magħhom. Fil-ftuħ tal-partita Floriana marru minn fuq wara trippla ta’ Chad Patus. Virtus wieġbu bil-punti ta’ David Bugeja, Chris Santo u Jacob Formosa u marru 13-8 fuq quddiem però sa’ tmiem is-sessjoni, Floriana ġabu l-iskor indaqs 15-15. Fit-tieni taqsima, għal darbtejn Virtus kellhom vantaġġ ta’ basket però mbagħad għamlu run ta’ 10-0 bi three pointers minn Shawn Pace u komplew biex fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 40-28.

Wara l-intervall Virtus komplew bi break ieħor ta’ 9-0 bi trippla ta’ Formosa u l-baskets ta’ Robert Bonnici u Santo. Floriana waqqfuhom bil-punti ta’ Patus u Nigel Sultana u trippla ta’ Lee Ross. Aktar fast breaks konklużi posittivament minn Pace, Bonnici u Santo raw lil Virtus jiftħu vantaġġ 22 punt qabel ma Patus għamel żewġ trippli konsekuttivi biex l-aħħar taqsima bdiet bil-Virtus 63-47 minn fuq. Hawb Floriana bdew bi tlett baskets konsekuttivi minn Sultana u Patus biex reġgħu fetħu tamiet ġodda però r-risposta tac-Champions ma damitx ma waslet. Fil-fatt punti minn Formosa reġgħu tawhom vantaġġ ta’ 17 –il punt  76-69. Floriana kellhom l-aħħar punti tal-partita bit-trippli ta’ Vasovic u Ross però Virtus kienu diġa bdew jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat hekk kif huma rebħu l-partia 80-70. Fi tmiem il-partita, s-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ppreżenta l-unur tal-MVP tal-finali lil player Jacob Formosa u t-trofew ta’ champions lil captain ta’ Virtus Peter Shoults fost il-ferħ tal-players sħabu u l-partitarji ta’ Virtus.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 23, L. Ross 6, N. Sultana 14, S. Borg 5, A. Portelli 6, N. Vasovic 8, A. Axiaq 8, A. Micallef Trigona, N. Andrejevic.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 12, D. Bugeja 9, R. Bonnici 8, D. Camilleri 2, S. Bonnici, J. Formosa 22, A. Felice Pace, C. Santo 23, A. Schembri, F. Bartolo, P. Shoults 2, T. Grech.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Ritratt: Bank Of Valletta (Stefan Abela): https://www.facebook.com/bovclubmt/?fref=ts

Statistika…

Floriana

Free throws – 4 on 6

Baskets – 21 on 55

Three pointers – 8 on 29

Rebounds – 41

Assists – 10

Turnovers – 13

Steals – 11

Fouls Suffered – 12

Fouls Made – 22

Virtus

Free throws – 17 on 27

Baskets – 24 on 42

Three pointers – 5 on 17

Rebounds – 46

Assists – 16

Turnovers – 21

Steals – 7

Fouls Suffered – 20

Fouls Made – 13





Leave a comment