Falken Cynergi Virtus 2-0 minn fuq fis-serje finali

Friday, April 15, 2016, 9:44

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Falken Cynergi Virtus 90

Floriana Cafè Del Mar 74

(26-20)(20-15)(14-30)(30-9)

Falken Cynergi Virtus għamluhom żewġ rebħiet fis-serje

Wally Galea: www.wallyjgalea.webs.com

finali għar-rebħ tal-kampjonat nazzjonali tal-irġiel u issa jonqoshom rebħa waħda minn tlett partiti biex iżommu t-titlu li rebħu l-istaġun li għadda. Fit-tieni logħba tal-finali huma għelbu lil Floriana Cafè Del Mar 90-74. Kuntlarju għal dak li ġara fl-ewwel finali, din id-darba Virtus kellhom jistennew sal-aħħar sessjoni biex ħadu vantaġġ tar-rebħa minkejja l-isforzi ta’ Floriana li fit-tielet taqsima wettqu rimonta stupenda. Partita sfortunatament karateriżżata minn xi żbalji tat-terna arbitrali li ħolqu rabja fuq iż-żewġ naħat. Wara li Floriana ħadu l-ewwel vantaġġ bi trippla ta’ Lee Ross, Virtus wieġbu b’żewġ breaks ta’ 8-0 u 8-2 b’punti minn Chris Santo, Jacob Formosa u Peter Shoults fost l-oħrajn u fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 26-15. Floriana naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Nikola Vasovic u punti ta’ Chad Patus għal skor ta’ 26-20. Fit-tieni perjodu, Santo kompla bil-punti tiegħu u minkejja trippla ta’ Patus għal Floriana, Virtus baqgħu ħdax minn fuq wara trippla oħra minn Robert Bonnici. Floriana wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta però kull darba c-champions bdew jirrispondu kemm bi trippla ta’ David Camilleri u bil-punti ta’ Santo biex daħlu jistrieħu 46-35 minn fuq.

Wara l-intervall, Floriana bdew bi break ta’ 12-2 bil-punti ta’ Nigel Sultana u trippla oħra ta’ Patus u waslu sa’ punt ‘l bogħod 47-48. Virtus wieġbu bi break qasir ta’ 6-2 però Floriana kellhom run oħra ta’ 10-2 bil-grinta ta’ Sultana u trippla ta’ Ross u rnexxielhom itemmu t-taqsima ħamsa minn fuq 65-60. Fl-aħħar taqsima Virtus bdew bi break ta’ 10-0 b’Formosa jispikka. Sultana rrisponda għal Floriana però Virtus komplew bi break ta’ 11-2 bi trippla ta’ Shawn Pace.  Virtus fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 83-69 bex baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 90-74.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 14, D. Bugeja 8, R. Bonnici 5, D. Camilleri 3, S. Bonnici, J. Formosa 22, A. Felice Pace 2, C. Santo 28, A. Schembri, F. Bartolo, P. Shoults 8, T. Grech.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 24, L. Ross 6, N. Sultana 20, S. Borg, A. Portelli, N. Vasovic 15, C. Calleja, A. Axiaq 6, A. Micallef Trigona 3, N. Andrejevic.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Ritratt: Wally Galea: www.wallyjgalea.webs.com

Statistika…

Virtus

Free throws – 12 on 13

Baskets – 33 on 53

Three pointers – 4 on 15

Rebounds – 29

Assists – 16

Turnovers – 10

Steals – 12

Fouls Suffered – 15

Fouls Made – 18

Floriana

Free throws – 14 on 17

Baskets – 21 on 47

Three pointers – 6 on 17

Rebounds – 38

Assists – 9

Turnovers – 21

Steals – 6

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 15

It-tielet partita: Il-Ħadd 17 t’April fl-16:30





10 Comments

  1. ilovethegameaswell says:

    @ilovethe game, vera li qed tghid imma jekk kont ta qali kont tinduna li l-calls hziena kontra l-furjana saru f’hin krucjali ghal-loghba. minghajr ebda malafede ir-referees tal-bierah ma kienux tal-altezza u daqshekk, dak zvezdan ghan numru kien hemm. bernard hemm kien kieku fil-vip. ghala ma rrefjax hu minfloku. tajjeb international referee u joqghod jara l-loghba.

    [Reply]

  2. fixtures?? says:

    Tridu titkellmu fuq il-fixtures?
    Hemm xi spjegazzjoni xjentifika ghalfejn il-virtus qatt ma laghbu s-sibt? jew starlites fis-second dejjem laghbu fit-tmienja? 

    [Reply]

  3. Brimba says:

    Hmmm, 54% shooting from Virtus with only 10 turnovers as opposed to Floriana’s 21 turnovers says a lot. Virtus are a young, athletic team, that can run the floor for 40 minutes and use 7/8 players regularly. Floriana need to do a better job slowing the game down since they had 4 key players playing well over 30 minutes. In the fourth quarter they lost 30-9. Virtus in 3. 

    [Reply]

    spider Reply:

    analizi tajba brimba. hasra li min kiteb ir-rapport m’ghamiliex qablek.

    [Reply]

  4. ilovethegame says:

    Li lbierah kien hemm calls hziena huwa fatt. Pero, l calls hziena ssejhu bl-istess ammont fuq iz-zewg timijiet. Nahseb li nhass in nuqqas Ta’ Bernard. Ghaldaqstant, jibqa l fatt li kull min ra l-loghba jaf li Virtus kienu l-ahjar tim on court. Id-difiza ta’ dan it-tim hija impekkabli. Qatt ma qatghu qalbhom, lanqas meta sahansitra bdew l-ahhar session b’hames punti minn taht. Fadal it-tielet loghba … J’Alla jirbah l-aktar tim b’sahhtu on the day. Good day to all :)

    [Reply]

  5. ilovethegame says:

    Li kien hemm calls hziena fil-loghba tal-bierah huwa fatt. Min ra l-loghba jaf li l-calls hziena saru bl-istess ammont fuq iz-zewg nahat. Nahseb li nhass in-nuqqas ta’ Bernard ilbierah. Ghaaldaqstant, Virtus kienu l-ahjar on court u hadu r-rebha li kienet tixirqilhom. Baqghu jissieltu sal-ahhar u ma qatghu qatt qalbhom minkejja li r-raba session bdewha  5 punti minn taht. Fadal it-tielet loghba … JAlla jirbah l-aktar tim b’sahhtu on the day. 

    [Reply]

  6. Ganni says:

    un-touchables saru l-virtus. Ghalijom dawwru l-fixtures imma l-ewwel loghba ma accettawx u l-mba taghmel li jridu huma. 

    [Reply]

    ilovethegame Reply:

    X qed tghid dalghodu jahasra Ganni??? X fixtures dawru ghall-Virtus???? kun af  x qed tghid Gann qabel tippubblika xi haga ghax mghadniex nghixu fi zmien in-nuna!!!!!

    [Reply]

    Ganni Reply:

    U iwa tal-istarlites tas-second mux xorta virtus u starlites l-istess team, jew bzajtu mis-supporters li konna ha ntellaw nhar il-hadd? jekk inti love the game tkun trid tara hafna nies mux hekk? il-loghba saret il-hadd waqt li kellna l-marc :( :(  

    [Reply]

  7. Karmnu says:

    Gharukaza kbira
    1. backcourt inezistenti.
    2. Lee ihabbat il-ballun mas-shoutls li kien barra mill-court u l-ballun jinata lil virtus
    3. foul fuq nigel waqt lay-up u ma tawhx shots
    ghax ma jtuwhomx it-tazza mall-ewwel. xejn xejn jerbhu l-league 3-0 kif qed jghidu fuq ir-radio

    [Reply]

Leave a comment