Faċli l-polza ta’ Valletta, Hibs u Floriana

Tuesday, November 22, 2011, 16:04

Mqabba u Sliema Wanderers huma l-uniċi żewġ timijiet tal-Premier li ġew akkopjati flimkien sabiex jaffrontaw lil xulxin fil-fażi tal-aħħar 32 tal-U*Bet FA Trophy għall-istaġun 2011/12.

Hekk kif iktar kmieni llum wara nofsinhar telgħu il-poloz tat-Tielet Rawn ġew irreġistrati poloz hekk imsejħa faċli għal-leaders tal-kampjonat Premier Valletta li ġew akkopjati ma’ St.Patrick, u għal Hibernians li ġej akkopjati ma’ Pembroke.

Valletta, Hamrun, Tarxien, Birkirkara u Marsaxlokk kienu seeded u evitaw lil xulxin fil-polza li ttelegħet mill-għola uffiċjali tal-Maltco Lotteries fil-preżenza ta’ Bjorn Vassallo Kap Eżekuttiv tal-MFA u Rodney Pisani Deputat Segretarju tal-kompetizzjonijiet tal-MFA.

Floriana minn naħa l-oħra se jilgħabu kontra Luqa St.Andrews f’partita li l-greens jibdew favoriti li jagħmluha mal-aħħar sittax.

Birkirkara minn naħa tagħom se jkollhom għadma iebsa għalex itellgħu sabiex jilgħabu kontra Vittoriosa t-team fl-Ewwel Diviżjoni li għandu potenzjal sabiex jirritorna fil-Premier.

Intant l-unċi żewġ teamijiet Għawdxin li renexxielhom jagħmluha f’dan ir-rawnd jiġiefieri Xewkija Tigers u Victoria Hotspurs se jilgħabdu kontra Senglea Athletics u Lija Athletics rispettivament.

Polza interessanti f’partita mistennija hija dik bejn it-team li jinsab jissielet għall-promozzjoni fil-Premier Zejtun Corinthians li se jaffaċjaw lil Balzan Youths.

Il-Logħob kollu jintlgħab il-Ġimgħa 16, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Diċembru

Il-Poloz kollha rriżultaw hekk:

Hamrun v Dingli

Luqa v Floriana

Tarxien v Pieta

St.Patrick v Valletta

Birkirkara v Vittoriosa

San Gwann v Marsaxlokk

Xewkija v Senglea A.

Mellieħa v Siġġiewi

Msida SJ. V Mosta

Hibernians v Pembroke

Kirkop v Rabat A.

Mqabba v Sliema Wds

Zejtun C. V Balzan Y.

Għargur v St.George’s

Gżira U. V Qormi

Lija A. V Victoria H.





Leave a comment