Facilitajiet sportivi godda ghall Kullegg San Injazju

Thursday, October 2, 2014, 14:04

B’investiment ta’ madwar €700,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-istudenti li jattendu l-Kulleġġ San Injazju fil-Ħandaq f’Ħal Qormi, se jkunu qed jibbenefikaw minn faċilitajiet sportivi indoor ġodda. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej, Dr. Ian Borg, li flimkien mas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, indirizza konferenza stampa sabiex titħabbar l-allokazzjoni ta’ fondi għal dan il-proġett.

Dr. Borg qal li b’dan il-proġett in-nissen huts li fadal se jkunu konvertiti f’faċilitajiet sportivi biex b’hekk l-esperjenza edukattiva tal-istudenti li jattendu dan il-kulleġġ tiġi mtejba.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Aġius tkellem dwar l-importanza li l-iskejjel ikollhom faċilitajiet adegwati sabiex jkollhom ħajja mingħajr stress u tgħin fil-ġlieda kontra l-obeżità u l-ħajja sedentarja. Dan huwa proġett ieħor sabiex nilħqu l-mira li sal-2020, mitt miljun persuna oħra madwar l-Ewropa jkunu qed jagħmlu attività fiżika.





Leave a comment