Excess RP Bidnija se jilgħabu fi Grupp F

Wednesday, July 6, 2011, 14:25

minn Cristian Muscat

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa ttellgħu l-poloz tar-rawnd preliminari kif ukoll tar-rawnd prinċipali tal-Uefa futsal cup 2011/12. F’ din il-polza kien hemm involut it-tim Malti Excess RP Bidnija li fl-ahhar staġun kellu l-isem ta’ ZC Excess Lazio u li rebaħ il-kampjonat lokali tal-futsal. Mill-istaġun li jmiss dan it-tim se jkun jismu Excess RP Bidnija wara li Excess u Bidnija ingħaqdu flimkien. Excess RP Bidnija se jkunu qegħdin jilgħabu fi Grupp F kontra Istanbul Universitesi SK, KMF Zelezarc Skopje u CF Eindhoven.

Din se tkun it-tieni parteċipazzjoni konsekuttiva f’dan it-turnamnet ghal Excess wara li fl-aħħar sena ospitaw ir-rawnd preliminari ġewwa l-kumpless sportiv tal-kottonera. Din il-polza rat 28 klabb differenti involuti fir-rawnd preliminary u 17 il tim ieħor jilgħabu fir-rawnd prinċipali tal-kompetizzjoni. Ir-rawnd preliminari se jintlgħab bejn it-13 u l-21 t’ Awwissu li ġej u t-timijiet ġew imqassma f’ 7 gruppi b’ 4 timijiet kull wieħed. Tlettax-il tim differenti se jkunu qed jagħmlu d-debutt tagħhom f’ din il-kompetizzjoni fosthom FC Barcelona li se jilgħabu fir-rawnd prinċipali, liema rawnd se jintlgħab mill-24 ta’ Settembru sat-2 t’Ottubru u l-ewwel żewġ timijiet ikklassifikati f’kull grupp jingħaqdu mal-4 top seeds fil-polza tal-elite round li se ssir nhar il-11 t’Ottubru li ġej.

Sadanittant Vic Hermans se jkun qed imexxi FIFA futsal kors f’Ċipru bejn il-25 sad-29 ta’ Lulju fejn se jkunu qegħdin jiehu sehem 30 persuna. F’ dan il-kors se jigu spjegati r-regoli u s-sistemi l-ġodda tal-Futsal bl-għajnuna ta’ l-investiment kotinwu tal-FIFA f’dan l-isport li kull ma jmur qed jikber b’ mod kostanti fil-popolarita’ tiegħu.





Leave a comment