L-ewwel vantaġġ għal Luxol

Thursday, April 26, 2012, 21:34

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA – Finali 1          

 

Luxol 52

Alyssa Ashley Loyola 41

(10-4)(19-8)(12-15)(11-14)

 

Luxol vs Loyola

Luxol vs Loyola

Ic-champions Luxol kisbu l-ewwel punt fil-finali tal-kampjonat MSV Life tan-nisa meta għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 52-41. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Luxol fuq Loyola dan l-istaġun wara telf fis-shield u fiż-żewġ rounds tal-kampjonat. Luxol kellhom mument stupend fit-tieni sessjoni u fetħu vantaġġ ta’ 21 punt li kienu biżżejjed għalijhom biex jikkontrollaw il-partita sat-tmiem. Il-partita kellha bidu kwiet tant li sas-sitt minuta Loyola kienu 4-2 minn fuq. Luxol wieġbu b’basket ta’ Robin Murphy u trippla ta’ Sarah Pace. Fl-aħħar 4 sekondi Becky Naudi tefgħet il-ballun lejn il-basket u għamlet three pointer mal-horn tal-24 sekonda u Luxol għalqu l-perjodu 10-4 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Murphy żiedet il-vantaġġ ta’ Luxol qabel ma Sammy Jo Barbara għamlet żewġ freethrows għal Loyola. Hawn pero’ Luxol għamlu run sabiħa ta’ 13-0 mibdija bi trippla ta’ Pace għal skor ta’ 25-6. Wara 8 minuti Loyola wieġbu b’basket ta’ Desarae Johnson. Luxol għamlu 4 punti oħra minn Greta Zarb u Diana Muscat, l-istess kif għamlet Abigail Sciberras għal Loyola biex fl-intervall Luxol kienu 29-12 minn fuq.

It-tielet perjodu beda bil-punti ta’ Barbara u Johnson biex Loyola naqqsu d-distakk għal 9 punti 20-29. Beverlee Zammit bi trippla wieġbet għac-champions flmkien ma’ punti minn Murphy biex Luxol baqgħu b’vantaġġ b’figuri doppji. Wara li Barbara għamlet basket ieħor, kienet Greta Zarb li għalqet is-sessjoni bi trippla biex Luxol temmewha 41-27 minn fuq. Loyola għamlu sforz ieħor fl-aħħar sessjoni b’punti konsekuttivi minn Johnson fi break ta’ 8-0 biex naqqsu d-distakk għal 6 punti 35-41.  Luxol għamlu run importanti ta’ 7-2 b’punti minn Zammit, Zarb u Murphy biex reġgħu marru 11 minn fuq. Il-ħin kien favur tagħhom biex huma kkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Loyola biex Luxol rebħu l-ewwel finali 52-41.

 

Luxol: S. Pace 10, M. Sciortino 2, C. Medina, B. Naudi 3, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 9, P.Ellul, R. Murphy 22, D. Muscat 2, A. Paul, B. Zammit 4.

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 5, C. Grima 2, J. Doughty, D. Hollier, K. Tonna, A. Bonanno 4, J. Mangion, A. Sciberras 6, S.J. Barbara 12, D. Johnson 12.

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Statistika…

 

Luxol

 

Free throws – 11on 13

Baskets – 13 on 42

Three pointers – 2 on 17

Rebounds – 40

Assists – 7

Turnovers – 19

Steals – 17

Fouls Suffered – 15

Fouls Made – 15

 

Loyola

 

Free throws – 5 on 11

Baskets – 18 on 48

Three pointers – 0 on 0

Rebounds – 39

Assists – 9

Turnovers – 30

Steals – 10

Fouls Suffered – 15

Fouls Made – 15

 

 





Leave a comment