Evan Fjeld protagonist fl-ewwel rebħa Furjaniża

Monday, January 16, 2012, 9:22

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Floriana Francesco Fenech 90

Tata Motors Loyola 69

(21-17)(25-19)(23-19)(21-14)

 

Luxol vs Siġġiewi

Luxol vs Siġġiewi

It-tieni ġurnata tal-kampjonat MSV Life tal-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel rat lil Floriana Francesco Fenech jiksbu l-ewwel rebħa tagħhom kontra Tata Motors Loyola bi skor sabiħ ta’ 90-69. Floriana biddlu l-player Amerikan tagħhom fejn post Bryant Williams ħadu Evan Fjeld li kellhu debutt mill-aqwa b’44 punt, 7 steals u 12 –il rebound. Loyola kienu mingħajr Clint Cassar u Joshua Anastasi fil-waqt li Jeremy Curmi u Mark Cianta kienu nieqsa għal Floriana. L-Amerikan ta’ Loyola Rashanti Harris kien mgħasses sew minn Fjeld pero’ xorta għamel 30 punt u 23 rebound. Kien propju Harris li għamel l-ewwel basket tal-partita u wara li Floriana għamlu żewġ baskets permezz ta’ Chris Sammut, David Camilleri għamel trippla. Floriana reġgħu ħadu l-vantaġġ hekk kif waslu l-ewwel punti ta’ Flejd u għamlu run ta’ 10-4. Billy Zammit waqqfilhom din ir-run bi trippla per’ Steve Sammut għamel oħra għal Floriana li fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 21-12 qabel ma’ Harris għamel l-aħħar 5 punti tas-sessjoni. Fit-tieni sessjoni Loyola naqqsu d-distakk għal punt 24-25 b’punti minn Anton Axiaq u Harris. Fjeld u Sammut wieġbu għal Floriana b’Sean Pace jagħmel trippla għal Loyola. Sa nofs is-sessjon waslu iktar punti minn Floriana b’Alfred Mifsud jagħjjat time out għal Loyola. Huma baqgħu viċin ta’ l-avversarji 36-37 pero Floriana għalqu s-sessjoni b’run ta’ 9-0 bi Fjeld jispikka biex daħlu jistrieħu 10 minn fuq 46-36.

It-tieni taqsima bdiet bi Floriana iżidu l-vantaġġ fejn minkejja li Pace għamel trippla oħra Fjeld għamel 8 punti għal skor ta’ 56-43. Loyola li rkupraw minn dan il-mument diffiċli bi break ta’ 6-0 pero basket ta’ Steve Sammut u trippla ta’ ħuh Chris reġgħu stabilixxew il-vantaġġ Furjaniż. Wara iktar punti minn Pace għal Loyola kien imiss lil Fjeld li jerġa jwieġeb biex Floriana temmew is-sessjoni 69-55 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Loyola għamlu sforz ieħor biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt 65-76 pero reġgħu ġew milquta minn run oħra ta’ 10-2 minn Floriana li kabbru l-vantaġġ għal 19 –il punt 86-67. Il-partita issa kienet mitmuma u Floriana kkontrollaw l-aħħar ħinijiet biex ħarġu rebbieħa 90-69.

 

Floriana Francesco Fenech: C. Sammut 16, I. Mercieca 5, S. Sammut 19, C. Calleja 6, A. Baldacchino, E. Flejd 44, A. Sultana.

Tata Motors Loyola: S. Pace 14, B. Zammit 5, D. Camilleri 6, S. Borg 2, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 10, J. Ransley 2, R. Harris 30.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani

 

Bupa Luxol 77

Siġġiewi 76

(15-21)(18-20)(14-18)(30-17)

Bupa Luxol kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat meta b’mod drammatiku għelbu lil Siġġiewi 77-76. Siġġiewi kienu 2 minn fuq b’sitt sekondi għat-tmiem tal-partita pero trippla ta’ l-Amerikan Jeron Belin fl-aħħar sekonda tat ir-rebħa lill-players ta’John Tabone. Għal darb’oħra Belin kien protagonist għal Luxol bl-40 punt tiegħu u kellhu wkoll 4 steals u 12 –il rebound. Luxol kellhom lil Nikola Vasovic nieqes fil-waqt li Siġġiewi kellhom xi tibdil fejn Nigel Sultana u Jean Paul Azzopardi ħallew il-club pero rritornaw Karl Borg u Jide Jetson flimkien maż-żagħżugħ Luke Grima. Siġġiewi ħadu l-ewwel vantaġġ tal-partita permezz ta’ Peter Shoults u Alan Borg pero’ sas-sitt minuta Luxol ippareġjaw bl-ewwel punti ta’ Belin flimkien ma’ Marco Mercieca. Siġġiewi reġgħu ħadu l-vantaġġ u wara li kien hemm trippla fuq naħa, Siġġiewi għalqu s-sessjoni b’run ta’ 7-3 biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 21-16. Belin fetaħ it-tieni sessjoni bi tlett punti pero Siġġiewi żiedu l-vantaġġ wara three pointers minn Alan Borg u f’nofs is-sessjoni kienu 11 minn fuq 33-22. Belin u Lee Ross wieġbu għal Luxol fil-waqt li Marco Matijevic u Chris Meier għamlu l-punti ta’ Siġġiewi li fl-intervall kienu għadhom 9 minn fuq 41-33.

Fit-tielet sessjoni Siġġiewi reġgħu kabbru d-distakk wara trippla minn Shoults fi break ta’ 11-4 li rahom jiftħu vantaġġ massimu ta’ 16 –il punt 57-41. Belin għamel żewġ trippli konsekuttivi qabel ma Shoults għalaq is-sessjoni b’basket biex ħalla lil Siġġiewi 12 minn fuq 59-47. Luxol fetħu t-tielet sessjoni bi trippla oħra ta’ Belin fost l-oħrajn biex wara żewġ minuti kienu diġa naqqsu d-distakk għal 4 punti 57-61. Luxol issa bdew iżidu l-isforzi tagħhom fil-waqt li Siġġiewi kkomettew ammont ta’ turn-overs bid-distakk bejn iż-żewġ timijiet jonqos għal 2 punti 68-70. Siġġiewi tilfu lil Shoults b’injury f’subajgħ u Ross għamel trippla oħra flimkien ma free-throws ta’ Belin biex Luxol marru għall-ewwel darba minn fuq fl-aħħar minuta 73-72. Meier reġa poġġa lil Siġġiewi minn fuq pero CJ Cordina ppareġja għal Luxol. Fl-aħħar sekondi Borg għamel żewġ free-throws u Siġġiewi marru 76-74 minn fuq. Tabone għajjat l-aħħar time-out u l-ballun ġie għand Belin li għamel it-trippla tar-rebħa u Luxol ħarġu rebbieħa 77-76.

 

Bupa Luxol:  CJ Cordina 1, M. Mercieca 6, J. Belin 40, A. M. Trigona 1, L. Ross 20, A. Costa, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 9, S. Capello.

Siġġiewi: R. Agius, K. Borg 3, L. Camilleri 4, P. Shoults 17, L. Grima, A. Borg 23, C. Maeir 12, C. Codomaris 3, J. Jetson, M. Matijevic 14.

Referees: Bernard Vassallo, Steve Gouder, Emanuel Mangani.

 

Depiro 58

A to Z Electronics Athleta 70

(10-17)(13-20)(11-18)(24-15)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta ukoll għamluhom tnejn minn tnejn fil-kampjonat MSV Life meta għelbu lil Depiro 70-58. Depiro ppreżentaw l-istess formazzjoni li biha għelbu lil Siġġiewi ġimgħa qabel hekk kif l-aħħar akkwist tagħhom Nigel Sultana jinsab sospiż. Athleta kellhom player barrani ġdid is-Serb Marko Todorovic jagħmel id-debutt tiegħu li kien posittiv. Wara bidu bilanċjat fejn Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 4-1, Athleta għamlu run ta’ 14-1 b’diversi punti minn Michael Naudi u Dirk Schembri. Emanuel Lupo u Greg Hamlin wieġbu għal Depiro pero Athleta għalqu s-sessjoni 17-10 minn fuq. Sat-tielet minuta tat-tieni sessjoni, Athleta kabbru l-vantaġġ għal 10 punti u minkejja li Roderick Vella għamel trippla għal Depiro, Athleta wieġbu bi break ta’ 10-2 mibdi bi trippla ta’ Said u fis-seba’ minuta kienu 32-17 minn fuq. Hamlin reġa’ waqqfilhom din ir-run pero baskets ta’ Todorovic u Naudi raw lil Athleta jidħlu għal mistrieħ fuq quddiem 37-23.

Il-bidu tat-tielet sessjoni kien fatali għal Depiro hekk kif Athleta ħarġu ferm agressivi wara l-mistrieħ u bdew b’run ta’ 11 –il punt mingħajr risposta. Ray Muscat għajjat time-out u hawn Depiro għamlu break ta’ 9-2 li għalquh bi trippla ta’ Hamlin u d-distakk niżel għal 18 –il punt. Sa tmiem is-sessjoni Naudi flimkien ma Todorovic għamlu l-punti ta’ l-Athleta li temmewha minn fuq 55-34. Hamlin fetaħ l-aħħar sessjoni bi trippla pero’ l-istess għamel Said. Depiro għamlu run ta’ 9-2 b’punti minn Adrian Micallef biex waslu sa 14 –il punt ‘l bogħod. Todorovic reġa’ wieġeb għal Athleta pero Depiro żiedu l-isforzi tagħhom b’Hamlin jispikka anke b’dunks spettakolari u waslu sa’ 9 punti ‘l bogħod 57-68. Pero’ l-ħin kien kontra tagħhom u Athleta setgħu jikkontrollaw fl-aħħar ħinijiet biex ħarġu rebbieħa 70-58.

 

Depiro: R. Vella 8, JP Schembri, A. Aquilina 2, A. Portelli 2, A. Micallef 10, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 4, G. Hamlin 30.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 20, D. Bugeja 3, I. Buldakov, M. Todorovic 16, M. Giusti, A. Fekete 4, O. Said 12, D. Schembri 11, A. Bonnici 5, K. Baldacchino, S. Schembri.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 





22 Comments

  1. karmnu says:

    Ohra…nahseb wasal iz-zmien li kif jigri sa fejn naf jien il-ground tal-football, il-presidenti tal-clubs jibdew ipoggu fil-VIP Area u jinzammu responsabbli ghal dak li jghidu. Ma nahsibx li post il-presidenti huwa mas-supporters. X’tahsbu?

    [Reply]

    BBall Lover Reply:

    Jien ma nafx minn meta lhawn il-Presidenti tal-clubs ma ghadhomx ipoggu fil-VIP Area. Ftit ilu ghadna kif rajna kummiedja minn faccata Presdident ta’ Club, jissahhan u jaghjat mill-VIP. Mid-dehra l-MBA forsi hadet decizjoni li fil-VIP irid ikun hemm silenzju u mhux ghajat u storbju. Jekk hu hekk, mela hemm bzonn li kull Tim ikollu is-sapport area tieghu u mhux kulhadd hallata ballata. Issa meta tinqala xi wahda ghar minn dak ta’ nhar il-Hadd li ghadda, forsi dan is-suggeriment jinstema u jigi ikkunsiderat.

    [Reply]

    karmnu Reply:

    Heqq mela jista jkun kif qed tghid int decizjoni tal-mba…ma tkun taf xejn mill-association llum imbasta qedin fuq il-facebook lol. Pero ghandek ragun li s-supporters iridu jinfirdu. Nhar il-hadd kienu kollha fl-istess zona.

    [Reply]

  2. karmnu says:

    Jekk inhu hekk naqbel maghkhom perfettament. Ir-razzizmu huwa kundanabbli mad-dinja kollha llum u nippretendi li l-club koncernat u l-mba johorgu stqarrija ta kundanna immedjatament. Ma fijhiex x’tahseb din!

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    jekk hemm konferma lihu membru tal kumitat u jinstabu xiehda li qal hekk.. il klabb ikoncernat ghandu jehel Multa jekk mhux punti wkoll….

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    Multa mhux inqas minn 2000 euro u 6 punti off …….u jekk dan mhux bizzejed sospiz sa l ahhar tas season is sur mundu tas sliema. helkk bis iz zom id dixiplina ta qali. imma mibza li l mba hijja weak meta tigi dara mal hajt. issa nafu li meta club jrid jolli dembu jispicca jedded lill mba li jtira it team mil league…………..issa naraw

    [Reply]

    Adrian Mifsud Reply:

    Why should the team suffer and get deducted 6 points – the players were on their best behaviour

    karmnu Reply:

    Ghandu jigi sospiz minn parla!! Bhal ma gara s-sena l-ohra meta kien l-istess club li rraporta u min kien rappurtat wehel xahar. Mela dan ghandu jehel iktar!!

    Truly Bball Lover Reply:

    Adrian why atalanta, juve suffered?? jekk ufficjal… heq!!

  3. louis mizzi says:

    Mela NIgel Sultana not anymore with Siggiewi?????. Forsi he went back to Loyola.?????. When his transfer is regulated by others (missieru) the player feels like a puppet on a string. Imma that how it goes here in Malta. How come did David Agius let go of 2 players????? Forsi pressure for JCB???? Please keep the Malta basketball community i the loop. Remember what a hard time Siggiewi gave to Adrian Micallef for this release. Even Fiba got involved.

    [Reply]

    karmnu Reply:

    skond ir-rapport nigel mar ma Depiro sur mizzi. il-bqija xeba insinwazzjonijiet int bhas-soltu. jcb? kun car

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Stur mizzi Nigel kellu kuntrat li jitlaq meta jridt….. skons sorsi tajba !!

    [Reply]

    Baller Reply:

    Jien nahseb li ir regoli huma naqra bla sens bhal issa ax players li huma sospizi ghandhom ikunu sospizi mid divizjonijiet kolla mhux min dik id divizjoni li gie irrappurtat fiha biss. Dawn huma ir regoli bhal issa imma nahseb li ghadhom jintbidlu.

    [Reply]

  4. louis mizzi says:

    mela wara li malta dahlet it tv bil kulur…….kullhadd kien kuntent…….imbarra il mundu tas sliema ghax adu jara il black and white. forsi andu difett meta jkun ta qali. zgur lil xi tabib min st james jista isieblu xi rimedju. aru casa mim certu nies. nispera li ma tiqafx hemm ax vera tal mishijja. al certu nies kollox OK……imma al maggoranza LE. Passi please.

    [Reply]

  5. Truly Bball Lover says:

    x gara karm ?

    [Reply]

    karmnu Reply:

    Gew fl-idejn fl-istands milli smajt ta. ghandikun xi hadd ghajjar lil player amerikan tar-rabat u qam naqa panik.

    [Reply]

    Johnnie l-boxer Reply:

    Ma gewx fl-idejn imma membru tal-kumitat ta l-athleta ghamel loghba shiha juza kliem razzist

    [Reply]

    Baller Reply:

    Qam il panik ax kien razzismu mil President tal Club Athleta. Ghandhom jittihdu passi legali mhux biss passi mid dxxiplina tal- MBA biex forsi linjoranza ta dawn in nies xi darba jew ohra tispicca.

    [Reply]

    josephb Reply:

    Ma gewx le fli-idejn.  Biex kulhadd ikun jaf dan qal “bizzejjed ilna 7 snin gejjin bid dghajjes intom gibtu iktar Afrikani”. Il- Kelma iswed uza hafna drabi u anke il gimgha ta qabel fl loghba ohra. “trid tkun iswed biex ma jsaffrux ir referees”. Din intqalet hafna drabi minnu. Dawn huma disgustanti.

    BBall Lover Reply:

    Vera jmisna nisthu, kif fl-2012 ghadna qisna qed nghixu fi zmien il-hagar. L-anqas ahna kapaci nkunu cittadini civilizzati. Ftit sabar u nraznu lsilna, fejn ghal kull haga ta xejn irridu nipprotestaw u ninsulentaw. Kemm huma sportivi tal-PEPE. Dawn huma l-istess nies li s-sena li ghaddiet zebilhu u izzufjettaw bil-FARMERS….

    karmnu Reply:

    Gieli ma qbielniex B’ball Lover jien u int imma f’dan il-kmment intik ragun mija fil-mija. Zmien ir-razzizmu ghadda. Imnalla regaw dahlu l-players Amerikani ghax qed naraw loghob sabih u ncert u kulhadd jista jirbah lil kulhadd. U minn fuq ninsulentawhom!

  6. Karmnu says:

    Min jaf jekk ux se jittiehdu xi passi kontra xi hadd wara dak li gara l-Hadd fl-ahhar loghba!

    [Reply]

Leave a comment