European Youth Olympic Festival – EYOF – Utrecht 2013

Friday, July 19, 2013, 10:20

FRANCESCO AUFIERI eliminat minn Rollo (Italja)

L-ahhar atleta Malti fl-azzjoni fit-12 l-Edizzjoni tal-European Youth Olympic Festival kien FRANCESCO AUFIERI li fit-tieni glieda fil-programm tal-81 kg. Safa’ meghlub mill-ikkwotat Federico Rollo tal-Italja . Peress li fl-ewwel fazi tal-kompetizzjoni ma kienx hemm repercharge, din kienet l-unika dehra ta’ Aufieri f’Utrecht.

Aktar kmieni din il-gimgha kienu fl-azzjoni Nicole Gatt (atletika) u Katrina Sammut tennis) . Il-kontingent immexxi mix-Chef de Mission Charles Camenzuli jirritorna Malta is-Sibt wara nofsinhar.

Sadanittant illum is-sindku ta’ Tbilisi, George Ugulava pprezenta ufficjalment dak li l-belt ta’ Tbilisi se torganizza fis-sena 2015 fit-13 l-Edizzjoni tal-European Youth Olympic Festival.





Leave a comment