European Week of Sport – Ġimgħa ddediakta lill-Isport

Wednesday, July 25, 2018, 8:22

Il-European Week of Sport hija inizjattiva tal-Kummisjoni Ewropeja sabiex tippromwovi l-isport u l-attivita fiżika fil-pajjiżi Ewropej. SportMalta hija l-entità nazzjonali li qed tikkoordina din l-attività f’Malta li ser issir f’Settembru għar-raba’ sena konsekuttiva.

Għal dan il-għan saru serje ta’ laqgħat sabiex din is-sena l-parteċipazzjoni tkun mifruxa fost l-oqsma kollha tas-soċjetà.

Dawn il-laqgħat li bdew f’Mejju kienu mmexxija mis-CEO ta’ SportMalta Mark Cutajar flimkien mal-grupp organiżżattiv fejn fl-ewwel laqgħa kienu mistiedna l-organiżżazzjonijiet sportivi rreġistrati ma SportMalta, organiżżazzjonijiet tal-voluntarjat, sezzjonijiet taż-żagħżagħ u l-Kunsilli Lokali.

It-tieni laqgħa kienet immirata lejn il-ġurnalisti sportivi permezz ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport li qed jaħdmu id f’id ma SportMalta sabiex il-messaġġ jasal għand kulħadd.

Fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju saret laqgħa Għawdex mal-Gozo Sports Board u l-organiżżazzjonijiet sportivi Għawdxin filwaqt li l-aħħar laqgħa saret ma l-għalliema ta’ l-edukazzjoni fiżika li jgħallmu fl-iskejjel primarji u sekondarji sabiex min-naħa tagħhom jimmotivaw l-istudenti sabiex jipparteċipaw.

Apparti l-attività prinċipali marbuta ma din il-ġimgħa li ser issir fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq u l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera ser isiru żewġ attivitajiet kbar li huma il-European School Sports Day u l-attività li ser issir matul il-lejl fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop.

Għal aktar dettalji dwar l-attivitajiet kollha u kif wieħed jista jipparteċipa segwu l-media lokali.





Leave a comment