European Pool Championships 2017: Malta Tikkwalifika Għas-Semi Finali

Monday, February 20, 2017, 19:12

Gavin Muscat

It-tim tal-Irġiel kiseb erba’ rebħiet oħra kontra l-Belġju 10-5, Reunion 11-4, l-Alġerija 10-5 u l-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor ta’ 9-6 biex b’ hekk għad jonqos logħba oħra x’ tintlgħab, kontra Franza bit-tim Malti jinsab ċert minn post fis-semi finali.

B’ żewġ logħbiet oħra x’ jintlgħabu t-Tim Malti A tal-kategorija Over 50′s ukoll kiseb passaġġ għas-semi finali wara li kiseb żewġ rebħiet oħra kontra l-Irlanda ta’ Fuq 6-3 u kontra l-Ingilterra B 5-4.

It-timijiet Maltin ikunu impenjati fis-semi finali għada fl-għaxra ta’ filgħodu ħin ta’ Malta.

Fil-kampjonat individwali, Anton Cuschieri kiseb post mal-aħħar tmienja tal-kampjonati tal-irgiel meta għeleb lil Al Masskini tal-Marokk bl-iskor konvincenti ta’ 8-1.  Fil-kampjonati tal-kategorija Over 50′s Ray Caruana u Twanny Mifsud ikkwalikfaw mal-aħħar sittax.  Il-players Maltin jerġgħu jkunu fl-azzjoni tard illum filgħaxija.





Leave a comment