Etienne Barbara-NASL player of the Week

Monday, May 13, 2013, 4:50

minn Andre’ Xuereb

il-plejer internazzjonali malti Etienne Barbara ġie magħżul bħala in-NASL player of the week wara l-partita eċċezjonali li dan kellu kontra Carolina Railhawks fejn skurja żewġ goals sbieħ u kien sfortunat li saħansitra ma skurjax Hat-trick.

Wara disa’ snin jilgħab Malta fejn skurja 68 goal , Barbara għamel sena jilgħab il-Ġermanja fl-istaġun 2008-2009 ma’ Verl.Fl-2009 Barbara kien viċin li jissieħeb lit-tim Irlandiż Dundalk FC u għanke kellu trial ma’ Sheffield Wednesday .

Fl-2010 Barbara ma’ Carolina Railhawks fejn skurja 28 goal f’ staġun u nofs u saħansitra rebaħ l-NASL Golden ball għal wirjiet tiegħu.Wara sitt xhur ma’ Vancouver Whitecaps , Etienne Barbara ingħaqad ma’ Minnesota United fejn s’issa f’ tliet partiti huwa skurja żewġ goals.

 

Etienne Barbara huwa diġa fan-favorite f’ Minnesota

fejn malli iffirma l-kowċ ta’ Minnesota Manny Lagos

iddiskrivih bħala ‘one of his prolific signings’.

Barbara iffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Minnesota United

 





Leave a comment