- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Esther Azzopardi Appuntata Għall-FIFA U-17 Women’s World Cup Jordan 2016

Posted By Sportinmalta On October 4, 2016 @ 12:08 pm In Featured,Football,Women's Football,Youth Football | No Comments

Esther Azzopardi Appuntata Għall-FIFAU-17 Women’s World Cup Jordan 2016  – 30 Ta’ Settembru Sal-21 Ta’ Ottubru 2016

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta FA bi pjaċir kbir iħabbar li r-referee internazzjonali Esther Azzopardi ġiet appuntata għall-FIFA U-17 Women’s World Cup Jordan 2016 li ser tintlagħab fil-Ġordan mill-Ġimgħa, it-30 ta’ Settembru sal-Ġimgħa, il-21 ta’ Ottubru 2016.

17-il referee u 28 assistant referees ġew magħżula mis-sitt konfederazzjonijiet madwar id-dinja kollha; l-4 referees mill-Ewropa huma minn Malta, mill-Portugall, mir-Russja u mir-Repubblika Ċeka.

 Dawn l-uffiċjali kollha waslu f’Amman, il-belt kapitali tal-Ġordan, is-Sibt li għadda l-24 ta’ Settembru, għal ġimgħa estensiva ta’ preparazzjoni b’analiżi ta’ filmati b’sitwazzjonijiet minn partiti, teħid ta’ deċiżjonijiet u tests tal-Laws of the Game; kif ukoll testijiet fiżiċi.

 Il-15-il team parteċipanti oħra flimkien mal-ospitanti il-Ġordan jifformaw dawn il-gruppi:

  •  Grupp A – Ġordan, Spanja, Messiku, New Zealand
  • Grupp B – Venezuela, Ġermanja, Kamerun, Kanada
  • Grupp Ċ – Niġerja, Brażil, Ingilterra, Repubblika Demokratika tal-Korea
  • Grupp D – Stati Uniti tal-Amerka, Paragwaj, Ghana, Ġappun

 Il-FIFA U-17 Women’s World Cup Jordan 2016 tibda fit-30ta’ September.  Il-Kwarti-Finali Quarter-Finals jintlagħbu fit-12 u fit-13 ta’ Ottubru; is-Semi-Finali fis-17 ta’ Ottubru; u l-partita Finali fil-21ta’ October 2016.

————————————————————————————————————————————————————-

 Esther Azzopardi Appointed For FIFAU-17 Women’s World Cup Jordan 2016  – 30 September To 21 October 2016

The Malta FA Refereeing Department with great pleasure announces that international referee Esther Azzopardi has been appointed to officiate in the FIFA U-17 Women’s World Cup Jordan 2916 to be played from Friday 30th September to Friday 21st October 2016.

 17 referees and 28 assistant referees have been chosen from all 6 confederations all over the world; the 4 European referees are from Malta, Portugal, Russia and the Czech Republic.

All officials arrived in Amman, the capital city of Jordan, last Saturday 24th September, for an intense preparatory week, which involves video analysis of match situations, decision making and Laws of the Game tests; and also further fitness tests and checks.

 The 15 participating teams with hosts Jordan form the following groups:

  •  Group A – Jordan, Spain, Mexico, New Zealand
  • Group B – Venezuela, Germany, Cameroon, Canada
  • Group C – Nigeria, Brasil, England, Korea DPR
  • Group D – USA, Paraguay, Ghana, Japan

The FIFA U-17 Women’s World Cup Jordan 2016 kicks off on the 30th September.  The Quarter-Finals will be on the 12th and 13th October; the Semi-Finals on the 17th October; and the Final match on 21st October 2016.

Esther Azzopardi


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/esther-azzopardi-appuntata-ghall-fifa-u-17-womens-world-cup-jordan-2016/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.