- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Esklussiva…Paul Ferrante jitneħħa minn coach tac-Champions Floriana Royce…nħabbru min se jeħodlu posthu

Posted By sportinmalta1 On December 16, 2013 @ 4:27 pm In Basketball,Featured | 6 Comments

Minn Colin Schembri

Wara r-rebħa doppja fuq Starlites fit-tazza Louis Borg u r-rebħa fuq Athleta ħmistax ilhu, il-coach tac-Champions Floriana Royce Paul Ferrante ġie nfurmat mill-kumitat li m’għadux il-coach Furjaniż. Dan is-sit jista’ jħabbar b’mod esklussiv li l-coach il-ġdid ta’ Floriana se jkun il-Ġermaniż Christoph Stolp li sa’ tmiem l-istaġun li għadda kien coach tan-nisa tal-Luxol. Stolp ma kienx attiv ma’ clubs fl-aħħar xhur hekk kif huwa jifforma parti mill-istaff tekniku tal-MBA.

Intant, f’post fuq il-paġna uffiċjali ta’ Floriana Basketball Club fuq Facebook, Ferrante ħa l-okkażjoni biex jirringrazzja mhux biss lil dawk li llum qiegħdin fil-glorja mat-team Furjaniż iżda wkoll lil min fi snin ta’ sofferenza fit-tieni diviżjoni kienu wkoll wara t-team. Ferrante sejjaħ ukoll din id-deċiżjoni bħala “stramba” meta wieħed jikkonsidra li flimkien ma’ Athleta huma biss Floriana li għadhom biċ-ċans li jerbħu l-erba’ unuri li fadal. Dan meta wieħed iqis li fi ftit ġimgħat oħra Floriana jaffrontaw lill- istess Athleta fil-finali tas-St. James Hospital Shield.

Intant Floriana Royce ukoll fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, irrangrazzjaw lil Paul Ferrante tas-servizz tiegħu b’dedikazzjoni u lealta lejn il-club. Fakkru kif taħt it-tmexxija tiegħu, huma rebħu diversi unuri partikolarment l-ewwel kampjonat fl-istorja tagħhom u diversi unuri fit-tieni diviżjoni. Huwa mexxa lil Floriana mill-aħħar post fit-tieni diviżjoni sal-ewwel post fl-ewwel diviżjoni temmet tgħid l-istqarrija ta’ Floriana.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/esklussiva-paul-ferrante-jitnehha-minn-coach-tac-champions-floriana-royce-nhabbru-min-se-jehodlu-posthu/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.