Esklussiva…Paul Ferrante jitneħħa minn coach tac-Champions Floriana Royce…nħabbru min se jeħodlu posthu

Monday, December 16, 2013, 16:27

Minn Colin Schembri

Wara r-rebħa doppja fuq Starlites fit-tazza Louis Borg u r-rebħa fuq Athleta ħmistax ilhu, il-coach tac-Champions Floriana Royce Paul Ferrante ġie nfurmat mill-kumitat li m’għadux il-coach Furjaniż. Dan is-sit jista’ jħabbar b’mod esklussiv li l-coach il-ġdid ta’ Floriana se jkun il-Ġermaniż Christoph Stolp li sa’ tmiem l-istaġun li għadda kien coach tan-nisa tal-Luxol. Stolp ma kienx attiv ma’ clubs fl-aħħar xhur hekk kif huwa jifforma parti mill-istaff tekniku tal-MBA.

Intant, f’post fuq il-paġna uffiċjali ta’ Floriana Basketball Club fuq Facebook, Ferrante ħa l-okkażjoni biex jirringrazzja mhux biss lil dawk li llum qiegħdin fil-glorja mat-team Furjaniż iżda wkoll lil min fi snin ta’ sofferenza fit-tieni diviżjoni kienu wkoll wara t-team. Ferrante sejjaħ ukoll din id-deċiżjoni bħala “stramba” meta wieħed jikkonsidra li flimkien ma’ Athleta huma biss Floriana li għadhom biċ-ċans li jerbħu l-erba’ unuri li fadal. Dan meta wieħed iqis li fi ftit ġimgħat oħra Floriana jaffrontaw lill- istess Athleta fil-finali tas-St. James Hospital Shield.

Intant Floriana Royce ukoll fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, irrangrazzjaw lil Paul Ferrante tas-servizz tiegħu b’dedikazzjoni u lealta lejn il-club. Fakkru kif taħt it-tmexxija tiegħu, huma rebħu diversi unuri partikolarment l-ewwel kampjonat fl-istorja tagħhom u diversi unuri fit-tieni diviżjoni. Huwa mexxa lil Floriana mill-aħħar post fit-tieni diviżjoni sal-ewwel post fl-ewwel diviżjoni temmet tgħid l-istqarrija ta’ Floriana.





6 Comments

  1. Freelance says:

    part ways???????

    ….what you talking about Willis…i mean…Collin???????

    http://www.youtube.com/watch?v=Qw9oX-kZ_9k

    [Reply]

  2. Nistaqsi says:

    What is the world coming to? Buqqqqqqqqqqq…….

    [Reply]

  3. Bob says:

    Kulhadd jghid li jrid jew li jaqbillu.  Fejn hemm kumitat, imexxi l-kumitat, min ma jbiddilx jitqammel hux!  Good luck Floriana.

    [Reply]

  4. il-bobby says:

    Xi hadd bhal Paul zgur li mhux se jaghmel iktar minn gimgha Bla klabb. Hemm hafna timijiet ta stoffa li jaqblilhom jiehdu s servizzi tieghu. U btw Grazzi floriana ghax issa zgur li ma tibdewx maghna tal Atleta

    [Reply]

  5. Karmnu says:

    Stolp ha jibqa fl-MBA issa jew ha jnehhuh kif nehhew lic-coqqu?

    [Reply]

  6. L'American says:

    Paul did his job through thick or thin. I believe Floriana are making a mistake by changing a wining formula. No disrespect to Christoph, but I don’t believe he is up to it.

    [Reply]

Leave a comment