Marsaxlokk ASC se jerġgħu jirritornaw

Tuesday, August 2, 2011, 12:44

minn Cristian Muscat

Wara laqgħa li saret mal-ASA matul il-ġurnata tas-Sibt, ġie kkonfermat li l-ASA aċċettat il-kumitat il-ġdid tal-Marsaxlokk Aquatic Sports Club. Dan kien żvilupp ferm pożittiv u għal żmien twil mistenni mill-villaġġ ta’ Marsaxlokk u li se jkun qed ifisser li issa Marsaxlokk ASC jistgħu jibdew jiffunzjonaw taħt dan l-isem kif ukoll jibdew jaħdmu biex jirrintroduċu l-isport akwatiku kif ukoll sport ieħor f’ Marsaxlokk.

Huwa ppjanat li sessjonijiet fl-għawm se jibdew għal tfal ta’ etajiet diversi mill-iktar fis possibbli minħabba l-fatt li kien hemm talba kbira għal dan wara li dawn is-sessjonijiet gew imħabbra matul attivita’ li saret fil-Marsalokk fil-passat riċenti.

Marsaxlokk ASC xtaqu jirringrazzjaw lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk talli pprovdulhom premises temporanji waqt li rringrazzjaw ukoll lill-partitarji u membri tagħhom kif ukoll lill-media għall-interess li ħadu f’din l-inizzjattiva. Il-kumitat il-ġdid ta’ Marsaxlokk jixtieq li jkun hemm iktar membri li jingħaqdu mal-klabb Xlukkajr minħabba li hemm ħafna xogħol xi jsir waqt li kull għajnuna tkun apprezzata ħafna.





1 Comment

  1. 123 says:

    great news…..well done

    [Reply]

Leave a comment